Isaija 3:1-26

3  Għax, ara, il-​Mulej il-​veru,+ Ġeħova taʼ l-​armati, qed ineħħi minn Ġerusalemm+ u minn Ġuda kull appoġġ u għajnuna, jiġifieri, il-​ħobż u l-​ilma,+  ir-raġel setgħan u l-​gwerrier, l-​imħallef u l-​profeta,+ dak li jipprattika t-​teħbir u x-​xiħ,+  il-kap taʼ ħamsin+ u r-​raġel rispettat ferm u l-​kunsillier u l-​espert fl-​arti tal-​maġija, u s-​saħħâr tas-​sengħa.+  U nagħmel lit-​tfal bħala prinċpijiet tagħhom, u l-​qawwa li biha jaħkmu fuqhom jużawha skond kif ifettlilhom.+  U n-​nies ikunu tiranni fuq xulxin, kull wieħed fuq sieħbu.+ Se jqumu kontra xulxin, it-​tifel kontra x-​xiħ,+ u dak li ma tantx hu stmat kontra dak li għandu jiġi onorat.+  Għax kull wieħed se jaqbad lil ħuh f’dar missieru, u jgħidlu: “Għandek mantell. Imissek tkun id-​dittatur+ tagħna u din il-​ħerba kollha tkun taħt idejk.”  Hu se jgħolli leħnu dakinhar, u jgħid: “M’iniex se ndewwi l-​feriti; u f’dari la hemm ħobż u lanqas mantelli. M’għandkomx tagħmluni dittatur fuq il-​poplu.”  Għax Ġerusalemm tfixklet u Ġuda waqaʼ,+ għax ilsienhom u l-​għemejjel tagħhom huma kontra Ġeħova,+ billi ġabu ruħhom b’mod ribelluż fl-​għajnejn glorjużi tiegħu.+  L-espressjoni stess taʼ wiċċhom tixhed kontrihom,+ u jgħidu dwar id-​dnub tagħhom li jixbah lil taʼ Sodoma.+ Ma ħbewhx. Gwaj għalihom! Għax ġabu l-​gwaj fuqhom infushom.+ 10  Għidu li se jaħbatlu tajjeb lill-​ġust,+ għax hu se jiekol frott l-​għemejjel tiegħu.+ 11  Jaħasra għall-​ħażin! Gwaj! Għax kif ittratta lil ħaddieħor se jiġi trattat!+ 12  U dawk li jagħtu x-​xogħol lill-​poplu tiegħi qed jaġixxu bl-​aħrax, u n-​nisa qed jaħkmu fuqu.+ O poplu tiegħi, dawk li qed imexxuk qed iġegħluk tiżvija,+ u ħawdulek it-​triq minfejn għandek tgħaddi.+ 13  Ġeħova jieħu postu għall-​kawża u jqum bil-​wieqfa biex jaqtaʼ s-​sentenza fuq il-​popli.+ 14  Ġeħova jressaq għall-​ġudizzju lix-​xjuħ u lill-​prinċpijiet tal-​poplu tiegħu.+ “U intom ħraqtu l-​għalqa tad-​dwieli. Dak li ttieħed b’serq mingħand il-​magħkus jinsab fi djarkom.+ 15  Xi tridu tgħidu biha meta tgħaffġu lill-​poplu tiegħi, u tisħqu wiċċ il-​magħkusin?”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati. 16  U Ġeħova jgħid: “Talli l-​bniet taʼ Sijon saru suppervi u jimxu b’għonqhom imserdaq waqt li b’għajnejhom jitfgħu ħars provokattiv, u jimxu b’passi ħfief u żgħar, u jċenċlu b’saqajhom,+ 17  Ġeħova se jimla l-​qorriegħa taʼ ras il-​bniet taʼ Sijon bil-​qoxra,+ u Ġeħova se jikxfilhom ġbinhom.+ 18  Dakinhar Ġeħova se jneħħi s-​sbuħija taċ-​ċpiepet u l-​faxex taʼ madwar ir-​ras u l-​ornamenti għamla taʼ qamar,+ 19  l-imsielet u l-​brazzuletti u l-​velijiet,+ 20  taʼ kull għata tar-​ras u l-​katini ornamentali tas-​saqajn u t-​trieħi taʼ madwar is-​sider+ u r-​reċipjenti tal-​fwieħa* u l-​amuleti għamla taʼ bebbux,+ 21  iċ-ċrieket u l-​ħoloq taʼ l-​imnieħer,+ 22  l-ilbies ċerimonjali u t-​tuniki taʼ fuq u l-​imnatar u l-​boroż, 23  u l-​mirja taʼ l-​idejn+ u l-​ilbiesi taʼ taħt u t-​turbantijiet+ u l-​velijiet kbar.+ 24  “U jrid iseħħ li minflok riħa taʼ żejt tal-​balzmu+ jkun hemm biss riħa taʼ moffa; u minflok ċinturin, ħabel; u minflok stil taʼ xagħar artistiku, qargħa;+ u minflok ilbies rikk, tħażżim bl-​ilbies taʼ l-​ixkora;+ u marka tat-​timbru+ minflok ġmiel. 25  Bis-sejf jaqgħu l-​irġiel tiegħek, u s-​setgħa tiegħek tgħib bil-​gwerra.+ 26  U l-​bibien tagħha jkollhom jagħmlu l-​vistu+ u jesprimu n-​niket, u hi tiżvojta. U se toqgħod bil-​qiegħda maʼ l-​art.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “djar tar-​ruħ.”