Isaija 25:1-12

25  O Ġeħova, int Alla tiegħi.+ Jien neżaltak,+ jien infaħħar lil ismek,+ għax int għamilt affarijiet taʼ l-​għaġeb,+ skopijiet+ mill-​qedem, u mxejt bil-​fedeltà+ u b’mod li jixraqlek fiduċja.+  Għax il-​belt għamiltha borġ ġebel, il-​belt fortifikata rovina li qed titfarrak, it-​torri fejn jgħammru l-​istranġieri ma ħallejtux jibqaʼ, u l-​belt ma terġax tinbena għal żmien indefinit.+  Huwa għalhekk li dawk li huma poplu b’saħħtu se jigglorifikawk; il-​belt tal-​ġnus tiranniċi se tibżaʼ minnek.+  Għax int sirt fortizza għall-​batut, fortizza għall-​fqir fin-​niket tiegħu,+ kenn mill-​maltempata tax-​xita, dell+ mis-​sħana, meta t-​tiranni jħabbtu mal-​ħajt bħal maltempata tax-​xita.  Int titfi l-​ħoss taʼ l-​istranġieri, bħalma ttaffi s-​sħana f’pajjiż bla ilma, bid-​dell taʼ sħaba ttaffi s-​sħana.+ Il-​melodija tat-​tiranni titmewwet.+  U Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel għall-​popli kollha,+ fuq din il-​muntanja,+ ikla kbira bi platti mħawrin sew biż-​żejt,+ ikla kbira bi nbid imħolli joqgħod fuq it-​tartru, bi platti mħawrin sew biż-​żejt mimlijin mudullun,+ taʼ nbid+ imħolli joqgħod fuq it-​tartru, imsoffi.+  U fuq din il-​muntanja se jiblaʼ wiċċ l-​għata li qed tgħatti lill-​popli kollha,+ u n-​nisġa minsuġa fuq il-​ġnus kollha.  Hu jiblaʼ l-​mewt għal dejjem,+ u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.+ U t-​tmaqdir tal-​poplu tiegħu se jneħħih mill-​art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.  U dakinhar wieħed jgħid: “Ara! Dan hu Alla tagħna.+ Fih ittamajna,+ u hu se jsalvana.+ Dan hu Ġeħova.+ Fih ittamajna. Ejjew nifirħu u nithennew bis-​salvazzjoni permezz tiegħu.”+ 10  Għax id Ġeħova se tistrieħ fuq din il-​muntanja,+ u Mowab se jinsaħaq+ f’postu bħal meta munzell tiben jinsaħaq fil-​post għad-​demel.+ 11  U joħroġ idejh f’nofsu* bħal meta għawwiem joħroġ idejh biex jgħum, u se jbaxxi s-​suppervja tiegħu+ billi b’idejh jagħtiha daqqiet bis-​sengħa. 12  U l-​belt fortifikata tiegħu, bi swar għoljin għas-​sigurtà, se jwaqqagħha; se jbaxxiha, u jitfagħha maʼ l-​art, fit-​trab.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, “f’nofs Mowab.”