Isaija 24:1-23

24  Ara! Ġeħova qed ibattal l-​art u jħalliha mitluqa;+ hu qalibha wiċċha ’l isfel+ u xerred l-​abitanti tagħha.+  U jiġri lill-​poplu bħalma jiġri lill-​qassis; lill-​qaddej bħal sidu; lill-​qaddejja bħal sidtha; lix-​xerrej bħall-​bejjiegħ; lil min jislef bħal min jissellef; lil dak li jieħu l-​imgħax bħal dak li jħallas l-​imgħax.+  Bla dubju l-​art se titbattal, u bla dubju se jaħtfu l-​priża minnha,+ għax Ġeħova qal din il-​kelma.+  L-art tnikktet,+ dbielet. L-​art produttiva ddgħajfet, dbielet. Il-​kbarat tan-​nies tal-​pajjiż iddgħajfu.+  U l-​art tniġġset taħt l-​abitanti tagħha,+ għax injoraw il-​liġijiet,+ bidlu r-​regolament,+ kisru l-​patt li hu għal żmien indefinit.+  Huwa għalhekk li s-​saħta kielet l-​art,+ u dawk li jgħammru fiha qed jinstabu ħatjin. Huwa għalhekk li naqsu fl-​għadd dawk li jgħammru fl-​art u fadal ftit bnedmin mortali.+  L-inbid ġdid tnikket, id-​dielja dbielet,+ dawk kollha taʼ qalb ferħana qed jitniehdu.+  Il-ħoss ferrieħi tat-​tanburlini waqaf, intemm l-​istorbju taʼ dawk ferħanin ferm, il-​ferħ kbir taʼ l-​arpa waqaf.+  Jixorbu l-​inbid imma ma jkantawx; ix-​xorb li jsakkar ikun morr għal dawk li jixorbuh. 10  Il-belt abbandunata ġġarrfet;+ kull dar issakkret biex ħadd ma jidħol fiha. 11  Hemm għajta fit-​toroq għax iridu l-​inbid. L-​hena kollu telaq; il-​ferħ kbir taʼ l-​art għab.+ 12  Il-belt tħalliet f’kundizzjoni li tbellhek; il-​bieb tfarrak u sar biss borġ ġebel.+ 13  Għax hekk isir f’nofs l-​art, fost il-​popli, bħal meta titfarfar is-​siġra taż-​żebbuġ,+ bħat-​tilqit wara li jispiċċa l-​ġbir taʼ l-​għeneb.+ 14  Huma se jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-​ferħ. Minħabba s-​superjorità taʼ Ġeħova se jinfexxu jwerżqu mill-​baħar.+ 15  Għalhekk, fir-​reġjun tad-​dawl+ se jigglorifikaw lil Ġeħova,+ u fil-​gżejjer tal-​baħar l-​isem taʼ Ġeħova,+ l-​Alla taʼ Israel. 16  Minn tarf l-​art smajna xi melodiji:+ “Dekorazzjoni għall-​Ġust!”+ Imma jien ngħid: “Inħossni mixrub,+ inħossni mixrub! Gwaj għalija! It-​tradituri aġixxew bi tradiment.+ Iva, bi tradiment aġixxew it-​tradituri.”+ 17  Il-biżaʼ u l-​ħofra u n-​nasba huma fuqek, int li tgħammar fl-​art.+ 18  U jrid iseħħ li kulmin jaħrab mill-​ħoss taʼ xi ħaġa tal-​biżaʼ se jaqaʼ fil-​ħofra, u kulmin jitlaʼ minn ġol-​ħofra jinqabad fin-​nasba.+ Għax bwieb l-​għargħar li huma fl-​għoli jinfetħu,+ u s-​sisien taʼ l-​art jitriegħdu.+ 19  L-art inqasmet għalkollox, l-​art theżżet għalkollox, l-​art tħarrket għalkollox.+ 20  L-art tixxengel ħafna bħal raġel fis-​sakra, u titbandal ’l hemm u ’l hawn bħal għarix taʼ l-​għassa.+ U l-​ksur tal-​liġi tagħha jtaqqalha,+ u se taqaʼ u ma terġax tqum.+ 21  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova se jġib il-​ġudizzju tiegħu fuq l-​armata taʼ l-​għoli fl-​għoli, u fuq is-​slaten taʼ l-​art fl-​art.+ 22  U se jinġabru bħalma jinġabru l-​priġunieri fil-​ħofra,+ u jissakkru fil-​ħabs taħt l-​art;+ u wara ħafna jiem se jingħataw attenzjoni.+ 23  U ħassu avvilit il-​qamar kwinta, u x-​xemx tiddi stħat,+ għax Ġeħova taʼ l-​armati sar sultan+ glorifikat fuq il-​Muntanja Sijon+ u f’Ġerusalemm u quddiem ix-​xjuħ tiegħu.+

Noti taʼ taħt