Isaija 23:1-18

23  Id-dikjarazzjoni għal Tir:+ Newħu, bastimenti taʼ Tarsis!+ Għax tħarbtet u m’għadhiex port, m’għadhiex post fejn tidħlu.+ Saru jafu b’dan mill-​art taʼ Kittim.+  Isktu, abitanti taʼ l-​art taʼ mal-​baħar. Il-​merkanti minn Sidon,+ dawk li jaqsmu l-​baħar, imlewk.  U fuq ħafna ilmijiet kien hemm iż-​żerriegħa taʼ Siħor,+ il-​ħsad tan-​Nil, id-​dħul tiegħek; u kien il-​qligħ tal-​ġnus.+  Istħi, O Sidon.+ Għax il-​baħar, O fortizza tal-​baħar, qal: “Ma kellix uġigħ tal-​ħlas, u ma wlidtx, u la rabbejt ġuvintur u lanqas rawwimt xebbiet.”+  Bħal fir-​rapport dwar l-​Eġittu,+ in-​nies se jaqbadhom uġigħ kbir bir-​rapport dwar Tir.+  Aqsmu lejn Tarsis; newħu, abitanti taʼ l-​art taʼ mal-​baħar.  Din hi l-​belt tagħkom li ilha tifraħ minn żmien twil ilu, mill-​qedem? Saqajha kienu jiħduha ’l bogħod biex tgħix bħala barranija.  Min hu li ddeċieda dan+ kontra Tir, dik li tagħti l-​kuruni, li l-​merkanti tagħha kienu prinċpijiet, li n-​negozjanti tagħha kienu n-​nies onorati taʼ l-​art?+  Ġeħova taʼ l-​armati ddeċieda dan,+ li jkasbar il-​kburija taʼ kull sbuħija,+ li jittratta b’disprezz lin-​nies onorati kollha taʼ l-​art.+ 10  Għaddi minn fuq artek bħax-​Xmara Nil, O bint Tarsis.+ M’għadx hemm tarzna.+ 11  Hu medd idu fuq il-​baħar; heżżeż is-​saltniet.+ Ġeħova nnifsu ta kmand kontra l-​Feniċja, biex il-​fortizzi tagħha jinqerdu għalkollox.+ 12  U jgħid: “Qatt iktar ma terġaʼ tifraħ,+ O maħqura, il-​bint verġni taʼ Sidon.+ Qum u aqsam lejn il-​Kittim.+ Lanqas hemmhekk ma se tkun tistaʼ tistrieħ.” 13  Ara! L-​art tal-​Kaldin.+ Dan hu l-​poplu—mhux l-​Assirja+—li għamilha għall-​annimali tad-​deżert.+ Huma tellgħu t-​torrijiet tagħhom taʼ l-​assedju,+ u neżżgħulha għalkollox it-​torrijiet mgħammrin tagħha;+ intgħamlet rovina li qed titfarrak.+ 14  Newħu, bastimenti taʼ Tarsis, għax il-​fortizza tagħkom tħarbtet.+ 15  U jrid iseħħ dakinhar li Tir tintesa għal sebgħin sena,+ daqs il-​jiem taʼ sultan. Wara sebgħin sena Tir se jiġrilha bħal fl-​għanja dwar prostituta: 16  “Aqbad arpa, u mur madwar il-​belt, O prostituta minsija.+ Agħmel l-​aħjar li tistaʼ biex iddoqq fuq il-​kordi; ħa jkunu ħafna l-​għanjiet tiegħek, sabiex ikunu jistgħu jiftakruk.” 17  U jrid iseħħ wara sebgħin sena li Ġeħova jitfaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuq Tir, u hi terġaʼ tibda tinkera+ u tagħmel prostituzzjoni mas-​saltniet kollha taʼ l-​art fuq wiċċ l-​art.+ 18  U l-​qligħ tagħha u l-​ħlas tal-​kiri tagħha+ jsiru xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Ma jinħażnux, u lanqas jitfaddlu, għax il-​ħlas tal-​kiri tagħha se jkun għal dawk li jgħammru quddiem Ġeħova,+ biex jieklu sa ma jixbgħu u biex ikollhom ilbies eleganti.+

Noti taʼ taħt