Isaija 22:1-25

22  Id-dikjarazzjoni għall-​wied tal-​viżjoni:+ Xi ġralek, mela, biex in-​nies tiegħek telgħu kollha fuq il-​bjut?+  Kont mimlija bil-​konfużjoni, kont belt storbjuża, belt ferrieħa.+ Il-​maqtulin tiegħek m’humiex dawk maqtulin bis-​sejf, u lanqas dawk maqtulin fil-​battalja.+  Id-dittaturi+ kollha tiegħek ħarbu f’daqqa.+ Ittieħdu priġunieri bla ma kien hemm bżonn qaws. Dawk kollha li nstabu min-​nies tiegħek ittieħdu priġunieri flimkien.+ Kienu ħarbu ’l bogħod.  Huwa għalhekk li jien għedt: “Dawru ħarsitkom minn fuqi. Se nuri l-​imrar tiegħi bil-​biki.+ Tinsistux li tfarrġuni minħabba t-​tħarbit taʼ bint il-​poplu tiegħi.+  Għax huwa l-​jum taʼ konfużjoni+ u taʼ telfa+ u taʼ taħwid+ mingħand il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, fil-​wied tal-​viżjoni. Hemmhekk qiegħed dak li jġarraf il-​ħajt,+ u l-​għajta lejn il-​muntanja.+  U Għelam+ qabad il-​barżakka tal-​vleġeġ, fil-​karru tal-​gwerra tal-​bniedem miġbud miż-​żwiemel tal-​ġiri; u Kir+ kixef it-​tarka.  U jrid iseħħ li l-​aqwa pjanuri baxxi tiegħek jimtlew bil-​karrijiet tal-​gwerra, u ż-​żwiemel tal-​ġiri żgur jieħdu posthom fil-​bieb,  u l-​ilqugħ taʼ Ġuda se jitneħħa. U dakinhar int se tħares lejn l-​armerija+ tad-​dar tal-​foresta,+  u intom se taraw it-​tiċrit fis-​swar tal-​Belt taʼ David, għax se jkun hemm ħafna.+ U se tiġbru l-​ilmijiet taʼ l-​għadira t’isfel.+ 10  U se tgħoddu d-​djar taʼ Ġerusalemm. U ġġarrfu wkoll id-​djar biex is-​sur+ ma jkunx jistaʼ jittieħed. 11  U bejn iż-​żewġ ħitan tagħmlu ġibjun għall-​ilmijiet taʼ l-​għadira l-​qadima.+ U m’intomx se tħarsu lejn il-​Wieħed Grandjuż li għamel dan, u lil min sawru żmien twil ilu m’intomx se tarawh. 12  “U l-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, se jsejħilkom dakinhar biex tibku+ u titnikktu u tqaxxru xagħarkom qargħa u titħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ 13  Imma, ara! Hemm ferħ u tgawdija, baqar u nagħaġ qed jinqatlu u qed jittiekel il-​laħam u jinxtorob l-​inbid,+ u qed jingħad, ‘Ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.’”+ 14  U Ġeħova taʼ l-​armati kellimni u smajtu b’widnejja:+ “‘Dan l-​iżball mhux se jkun hemm tpattija+ għalih għan-​nom tagħkom sakemm tmutu,’+ qal il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati.” 15  Hekk qal il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati: “Mur, idħol għand dan il-​prokuratur, għand Sebna,+ li qiegħed fuq id-​dar,+ u għidlu, 16  ‘X’għandek hawnhekk, u lil min għandek hawnhekk, biex ħaffirt għalik post għad-​dfin?’+ Fuq għolja qed iħaffer il-​post tad-​dfin tiegħu; fil-​blat qed jaqtaʼ dar għalih. 17  ‘Ara! Ġeħova jwaddbek ’l isfel bis-​saħħa, O raġel b’saħħtek, u jaqbdek bil-​forza. 18  Żgur se jagħmlek kobba marsusa, bħal ballun iwaddbek ’il bogħod lejn medda kbira t’art. Hemmhekk tmut, u hemmhekk il-​karrijiet tal-​glorja tiegħek se jkunu d-​diżunur taʼ dar sidek. 19  U nwarrbek minn postok; u se titniżżel mill-​pożizzjoni uffiċjali tiegħek.+ 20  “‘U jrid iseħħ dakinhar li jien insejjaħ lill-​qaddej tiegħi,+ jiġifieri, lil Eljakim+ bin Ħilkija.+ 21  U llibbsu l-​libsa tiegħek, u norbotlu sew madwaru t-​terħa tiegħek,+ u d-​dominju tiegħek nagħtihulu f’idejh; u hu jsir missier għall-​abitant taʼ Ġerusalemm u għal dar Ġuda.+ 22  U nqiegħed il-​muftieħ+ tad-​dar taʼ David fuq spallejh, u hu jiftaħ mingħajr ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq mingħajr ħadd ma jiftaħ.+ 23  U ndaħħlu bħal musmar+ fis-​sod, u jsir bħala tron taʼ glorja għal dar missieru.+ 24  U jdendlu miegħu l-​glorja kollha taʼ dar missieru: id-​dixxendenti u r-​rimjiet, jiġifieri, ir-​reċipjenti żgħar kollha, ir-​reċipjenti f’għamla taʼ skutelli kif ukoll ir-​reċipjenti kollha f’għamla taʼ ġarar kbar. 25  “‘Dakinhar,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘il-​musmar+ imdaħħal f’post dejjiemi se jitneħħa,+ u se jinqalaʼ u jaqaʼ, u t-​tagħbija taʼ fuqu taqaʼ u titkisser, għax Ġeħova qalu dan.’”+

Noti taʼ taħt