Isaija 21:1-17

21  Id-dikjarazzjoni kontra x-​xagħri tal-​baħar:*+ Riesaq gwaj bħall-​irjieħ+ taʼ tempesta min-​nofsinhar, mix-​xagħri ġej, minn pajjiż li jqanqal il-​biżaʼ.+  Intwerejt viżjoni iebsa:+ It-​traditur qed jaġixxi bi tradiment, u dak li jħarbat qed iħarbat.+ Itlaʼ, O Għelam! Assedja, O Medja!+ It-​tnehid kollu minħabba fiha jien waqqaftu.+  Huwa għalhekk li ġenbejja qed juġgħuni ħafna.+ Qabdu jagħtuni l-​weġgħat, bħall-​weġgħat taʼ mara li qed tiled.+ Tant inħossni konfuż li m’iniex nismaʼ; tant tħawwadt li m’iniex nara.  Qalbi qed tgħaġġel; it-​tkexkix werwirni. L-​għabex li tant kien jogħġobni sar tal-​biżaʼ għalija.+  Ħa tinfirex il-​mejda, jitħejja l-​post għas-​siġġijiet, u jkun hemm min jiekol u jixrob!+ Qumu, prinċpijiet,+ idilku t-​tarka.+  Għax hekk qalli Ġeħova: “Mur, qiegħed għassies ħalli jgħid eżatt dak li jara.”+  U ra karru tal-​gwerra b’par żwiemel tal-​ġiri, karru tal-​gwerra bil-​ħmir, karru tal-​gwerra bl-​iġmla. U qagħad attent ħafna, b’attenzjoni kbira.  U beda jgħajjat bħal iljun:+ “Fuq it-​torri taʼ l-​għassa, O Ġeħova, jien noqgħod wieqaf il-​ħin kollu bi nhar, u fil-​post tal-​gwardja tiegħi jien noqgħod tul l-​iljieli kollha.+  U ara, issa, ġej karru tal-​gwerra bl-​irġiel u b’par żwiemel tal-​ġiri!”+ U hu beda jitkellem u jgħid: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja,+ u x-​xbihat minquxin kollha t’allatha hu kissirhom maʼ l-​art!”+ 10  O midrusin tiegħi u bin il-​qiegħa tad-​dris tiegħi,+ dak li smajt mingħand Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, jien ħabbarthulkom. 11  Id-dikjarazzjoni kontra Duma:* Hemm wieħed isejjaħli mis-​Segħir:+ “Għassies, fiex inhu l-​lejl? Għassies, fiex inhu l-​lejl?”+ 12  L-għassies qal: “Fil-​għodu jrid jiġi, u l-​lejl ukoll. Jekk intom tridu tistaqsu, staqsu. Erġgħu ejjew!” 13  Id-dikjarazzjoni kontra l-​pjanura tad-​deżert: Fil-​foresta li hemm fil-​pjanura tad-​deżert se tqattgħu l-​lejl, O karavani tan-​nies taʼ Dedan.+ 14  Ġibu l-​ilma biex tiltaqgħu maʼ l-​għatxan. O abitanti tal-​pajjiż taʼ Tema,+ iltaqgħu maʼ dak li ħarab u ħudulu l-​ħobż. 15  Għax minħabba s-​sjuf ħarbu huma, minħabba s-​sejf mislut, u minħabba l-​qaws milwi u minħabba t-​toqol tal-​gwerra. 16  Għax hekk qalli Ġeħova: “Fi żmien sena, bħas-​snin taʼ ħaddiem mikri,+ il-​glorja kollha taʼ Kedar+ trid tintemm. 17  U fdal żgħir se jibqaʼ mill-​għadd taʼ l-​arċieri, l-​irġiel setgħanin taʼ wlied Kedar,+ għax Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, qal dan.”+

Noti taʼ taħt

Ix-“xagħri tal-​baħar” milli jidher jirreferi għall-​parti t’isfel taʼ Babilonja tal-​qedem, fejn ix-​xmajjar Ewfrat u Tigri kull sena kienu jfuru għal fuq ix-​xtut tagħhom.
L-isem profetiku għal Edom.