Isaija 20:1-6

20  Fis-sena li t-​Tartan*+ ġie Asdod,+ meta ntbagħat minn Sargon is-​sultan taʼ l-​Assirja,+ u ggwerra kontra Asdod u rebaħha;+  dak iż-​żmien il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Isaija bin Għamoż,+ tgħid: “Mur,+ u ħoll l-​ilbies taʼ l-​ixkora minn fuq ġenbejk;+ u inżaʼ s-​sandli tiegħek minn saqajk.”+ U hekk għamel, u mexa għarwien u ħafi.+  U Ġeħova kompla jgħid: “Bħalma l-​qaddej tiegħi Isaija mexa għarwien u ħafi għal tliet snin bħala sinjal+ u tbassira kontra l-​Eġittu+ u kontra l-​Etjopja,+  hekk is-​sultan taʼ l-​Assirja se jmexxi lill-​imjassrin taʼ l-​Eġittu+ u lill-​eżiljati taʼ l-​Etjopja, subien u rġiel xjuħ, għarwenin u ħafjin, u b’warranihom mikxuf, l-​għera taʼ l-​Eġittu.+  U se jitwerwru u jistħu minħabba l-​Etjopja, li ħarsu lejha bħala t-​tama tagħhom,+ u minħabba l-​Eġittu, is-​sbuħija tagħhom.+  U l-​abitant taʼ din l-​art taʼ mal-​baħar se jgħid dakinhar, ‘Hemm hi t-​tama tagħna, li ħrabna lejha għall-​għajnuna, sabiex ninħelsu minħabba s-​sultan taʼ l-​Assirja!+ U kif se naħarbu aħna?’”

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “It-​Tartan.”