Isaija 2:1-22

2  Dak li Isaija bin Għamoż ra f’viżjoni dwar Ġuda u Ġerusalemm:+  U jrid iseħħ li fl-​aħħar parti tal-​jiem+ il-​muntanja tad-​dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-​sod ’il fuq mill-​quċċata tal-​muntanji,+ u titgħolla ’l fuq mill-​għoljiet;+ u lejha jiġru l-​ġnus kollha.+  U ħafna popli jmorru u jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Ġeħova, lejn id-​dar taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb; u hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-​liġi, u l-​kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+  U hu jagħmel il-​ħaqq fost il-​ġnus+ u jirranġa+ l-​affarijiet kollha għall-​ġid taʼ ħafna popli.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi skieken taż-​żabra.+ Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra.+  O intom taʼ dar Ġakobb, ejjew ħa nimxu fid-​dawl taʼ Ġeħova.+  Għax int abbandunajt lill-​poplu tiegħek, id-​dar taʼ Ġakobb.+ Għax huma mtlew b’dak li ġej mil-​Lvant,+ u jipprattikaw il-​maġija+ bħall-​Filistin, u huma miżgħudin b’ulied il-​barranin.+  U arthom mimlija bil-​fidda u d-​deheb, u t-​teżori tagħhom bla limiti.+ U arthom mimlija żwiemel, u għandhom karrijiet bla limitu.+  U arthom mimlija allat bla siwi.+ Imilu quddiem xogħol l-​idejn, quddiem dak li hu magħmul bis-​swabaʼ.+  U l-​bniedem jitniżżel, u r-​raġel jitbaxxa, u ma jistax ikun taħfrilhom.+ 10  Idħol fil-​blat u nħeba fit-​trab minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb.+ 11  L-għajnejn suppervi tal-​bniedem iridu jitbaxxew, u l-​kburija taʼ l-​irġiel trid titniżżel;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-​għoli f’dak il-​jum.+ 12  Għax hu l-​jum taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+ Qiegħed fuq kulmin hu mkabbar u mgħolli u fuq kulmin hu merfugħ jew baxx;+ 13  u fuq iċ-​ċedri kollha tal-​Libanu+ li huma għoljin u merfugħin u fuq kull siġra immensa tal-​Basan;+ 14  u fuq il-​muntanji għoljin kollha u fuq l-​għoljiet kollha merfugħin;+ 15  u fuq kull torri għoli u fuq kull sur fortifikat;+ 16  u fuq il-​bastimenti kollha taʼ Tarsis+ u fuq id-​dgħajjes sbieħ kollha. 17  U s-​suppervja tal-​bniedem trid titniżżel, u l-​kburija taʼ l-​irġiel trid titbaxxa;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-​għoli f’dak il-​jum.+ 18  U l-​allat bla siwi se jgħibu għalkollox.+ 19  U n-​nies jidħlu fl-​għerien tal-​blat u fil-​ħofor tat-​trab minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb,+ meta jqum biex l-​art titriegħed.+ 20  F’dak il-​jum il-​bniedem se jaqbad l-​allat tiegħu tal-​fidda li ma jiswew xejn u l-​allat tiegħu tad-​deheb li huma bla siwi u li ntgħamlulu biex imil quddiemhom, u jitfagħhom lill-​ġrieden* u lill-​friefet il-​lejl,+ 21  biex jidħol fil-​ħofor tal-​blat u fix-​xquq taʼ l-​irdumijiet, minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb,+ meta jqum biex l-​art titriegħed. 22  Għall-ġid tagħkom stess, itilquh lill-​bniedem, li nifsu qiegħed fi mnifsejh,+ għax għalfejn għandu jiġi kunsidrat?+

Noti taʼ taħt

Jew, “lill-​ġrieden taʼ geddumhom twil.”