Isaija 19:1-25

19  Id-dikjarazzjoni kontra l-​Eġittu:+ Ara! Ġeħova riekeb fuq sħaba li miexja bil-​ħeffa+ u ġejja l-​Eġittu. U l-​allat bla siwi taʼ l-​Eġittu se jirtogħdu minħabba fih,+ u f’nofsu se ddub qalb l-​Eġizzjani.+  “Se nsuq lill-​Eġizzjani bin-​niggieża kontra l-​Eġizzjani stess, u kull wieħed minnhom se jiggwerra kontra ħuh, u kull wieħed kontra sieħbu, belt kontra belt, saltna kontra saltna.+  U f’nofsu se jkollhom spirtu mifxul dawk li jgħammru fl-​Eġittu,+ u jien se nħawwad il-​pjanijiet tagħhom.+ U huma żgur imorru għand l-​allat bla siwi+ u għand is-​sħaħar u għand il-​medji taʼ l-​ispirti u għand dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet.+  U jien se nagħti l-​Eġittu f’idejn sid iebes, u s-​sultan li jaħkem fuqhom ikun b’saħħtu,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati.  U l-​ilma se jinxef mill-​baħar, u x-​xmara tixxotta u titqaxqax.+  U x-​xmajjar jintnu; il-​kanali tan-​Nil taʼ l-​Eġittu se jitbaxxew u jixxottaw.+ Il-​qasab+ u l-​ħaxix* jitmermru.  Se jinxfu l-​mergħat ħdejn ix-​Xmara Nil, mal-​bokka tax-​Xmara Nil, u kull art miżrugħa tax-​Xmara Nil.+ Se jittajru mar-​riħ u jgħibu.  U s-​sajjieda żgur jitnikktu, u dawk kollha li jitfgħu s-​snanar fix-​Xmara Nil żgur ikunu mdejqin, u dawk li jifirxu x-​xbieki tas-​sajd fuq wiċċ l-​ilma se jiddgħajfu.+  U dawk li jaħdmu fil-​kittien mimxut+ se jistħu; kif ukoll dawk li jinsġu drappijiet bojod bin-​newl. 10  U n-​nissieġa tiegħu+ se jħossuhom imfarrkin, se jitnikket kull ħaddiem li jieħu l-​paga. 11  Il-prinċpijiet taʼ Sogħan+ huma tassew boloh. U m’humiex raġunevoli l-​pariri taʼ l-​għorrief li hemm fost dawk li jagħtu l-​pariri lill-​Fargħun.+ Kif tistgħu tgħidu lill-​Fargħun: “Jien bin l-​għorrief, bin is-​slaten tal-​qedem”? 12  Fejn huma, mela, l-​għorrief tiegħek,+ sabiex issa jkunu jistgħu jgħidulek u sabiex ikunu jafu dak li Ġeħova taʼ l-​armati ddeċieda li jagħmel dwar l-​Eġittu?+ 13  Il-prinċpijiet taʼ Sogħan aġixxew bil-​bluha,+ il-​prinċpijiet taʼ Nof*+ ġew imqarrqin, l-​irġiel ewlenin+ tat-​tribujiet tiegħu ġiegħlu l-​Eġittu jiġġerra. 14  Ġeħova ferraʼ f’nofsu l-​ispirtu taʼ taħwid;+ u huma ġiegħlu l-​Eġittu jixxengel ’l hemm u ’l hawn f’kulma jagħmel, bħalma xi ħadd fis-​sakra jixxengel ’l hemm u ’l hawn waqt li jgħaffeġ fil-​vomtu tiegħu stess.+ 15  U l-​Eġittu mhux se jkollu xogħol li jkunu jistgħu jagħmluh ir-​ras jew id-​denb, ir-​rimja jew is-​simara.+ 16  Dakinhar l-​Eġittu jsir bħan-​nisa, u se jitriegħed+ u jitkexkex minħabba t-​tixjir taʼ l-​id li Ġeħova taʼ l-​armati qed ixejjer kontrih.+ 17  U l-​art taʼ Ġuda ssir għall-​Eġittu raġuni biex jistordi bil-​biżaʼ.+ Dawk kollha li jisimgħu biha jibżgħu minħabba dak li Ġeħova taʼ l-​armati qed jiddeċiedi kontrih.+ 18  Dakinhar se jkun hemm ħamest ibliet fl-​art taʼ l-​Eġittu+ li jitkellmu l-​lingwa taʼ Kangħan+ u jaħilfu+ lil Ġeħova taʼ l-​armati. Belt waħda jkun jisimha Belt it-​Tiġrif. 19  Dakinhar se jkun hemm artal għal Ġeħova f’nofs l-​art taʼ l-​Eġittu,+ u kolonna għal Ġeħova ħdejn il-​fruntiera tiegħu. 20  U dan ikun bħala sinjal u bħala xiehda dwar Ġeħova taʼ l-​armati fl-​art taʼ l-​Eġittu;+ għax huma jgħajtu lil Ġeħova minħabba dawk li jaħqruhom,+ u hu jibagħtilhom salvatur, iva, wieħed grandjuż, li se jeħlishom.+ 21  U Ġeħova se jsir magħruf fost l-​Eġizzjani;+ u dakinhar l-​Eġizzjani se jkunu jafu lil Ġeħova, u se joffru sagrifiċċju u għotja+ u jagħmlu wegħda lil Ġeħova u jrodduha.+ 22  U Ġeħova se jidrob l-​Eġittu.+ Se jkun hemm drib u fejqan;+ u huma jerġgħu lura lejn Ġeħova,+ u hu jħallihom jitolbuh bil-​ħrara u jfejjaqhom.+ 23  Dakinhar se jkun hemm triq ewlenija+ mill-​Eġittu għall-​Assirja, u l-​Assirja tiġi l-​Eġittu u l-​Eġittu jmur l-​Assirja; u se jagħtu servizz sagru, l-​Eġittu maʼ l-​Assirja. 24  Dakinhar Israel ikun it-​tielet maʼ l-​Eġittu u maʼ l-​Assirja,+ jiġifieri, barka f’nofs l-​art,+ 25  għax Ġeħova taʼ l-​armati se jkun bierku+ u qal: “Ikun imbierek il-​poplu tiegħi, l-​Eġittu, u xogħol idejja, l-​Assirja,+ u l-​wirt tiegħi, Israel.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “is-​simar.”
Nof huwa l-​isem li jintuża s-​soltu fl-​Iskrittura Ebrajka għal Memfi.