Isaija 18:1-7

18  Gwaj għall-​pajjiż taʼ l-​insetti li jvenvnu ġwinħajhom, li qiegħed fir-​reġjun tax-​xmajjar taʼ l-​Etjopja!+  Qed jibgħat lil xi wħud+ bil-​baħar, u bil-​bastimenti tal-​papiru fuq wiċċ l-​ilmijiet, billi jgħid: “Morru, messaġġiera ħfief, lejn ġens twil u b’ġilda lixxa, lejn poplu li jqanqal il-​biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-​xmajjar.”+  Intom ilkoll li tgħammru fl-​art produttiva+ u residenti taʼ l-​art, intom se taraw dehra bħal meta jitgħolla arblu bħala sinjal fuq il-​muntanji,+ u se tisimgħu ħoss bħal meta jindaqq qarn.+  Għax hekk qalli Ġeħova: “Se noqgħod kwiet u nħares lejn il-​post stabbilit tiegħi,+ u dan ikun bħas-​sħana u d-​dija taʼ bi nhar,+ bħas-​sħaba tan-​nida fis-​sħana tal-​ħsad.+  Għax qabel il-​ħsad, meta l-​inwar ikun perfett u l-​fjur jinbidel f’għeneb li qed isir, ikollhom jinqatgħu wkoll il-​friegħi żgħar bis-​skieken taż-​żabra u jitneħħew ir-​rimjiet irqaq, ikollhom jinżabru.+  Se jitħallew kollha għall-​għasfur tal-​priża li jtir fuq il-​muntanji u għall-​bhima taʼ l-​art.+ U fuqhom l-​għasfur tal-​priża jqattaʼ s-​sajf, u kull bhima taʼ l-​art tqattaʼ żmien il-​ħsad.+  “F’dak iż-​żmien se jinġieb rigal lil Ġeħova taʼ l-​armati,+ mingħand poplu twil u b’ġilda lixxa,+ iva, mingħand poplu li jqanqal il-​biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-​xmajjar, u se jinġieb lejn il-​post taʼ isem Ġeħova taʼ l-​armati, il-​Muntanja Sijon.”+

Noti taʼ taħt