Isaija 17:1-14

17  Id-dikjarazzjoni kontra Damasku:+ “Ara! Damasku m’għadhiex belt, u saret munzell, rovina li qed titmermer.+  Il-bliet abbandunati t’Għarogħer+ saru biss postijiet għall-​imrieħel, fejn dawn jimteddu u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+  U għabet il-​belt fortifikata minn Efrajm,+ u s-​saltna minn Damasku;+ u dawk li jifdal mis-​Sirja se jsiru bħall-​glorja taʼ wlied Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+  “U jrid iseħħ f’dak il-​jum li l-​glorja taʼ Ġakobb se tonqos,+ u l-​ħxuna taʼ laħmu se tinżel.+  U meta l-​ħassâd ikun qed jiġbor iż-​żaraʼ wieqaf u driegħu jaħsad is-​sbul,+ se jkun bħal wieħed li jlaqqat is-​sbul fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm.+  U jibqaʼ fih tilqit bħal meta titfarfar is-​siġra taż-​żebbuġ; żewġ żebbuġiet misjurin jew tlieta fin-​naħa taʼ fuq tal-​fergħa; erbgħa jew ħamsa fuq il-​friegħi tagħha li jagħmlu l-​frott,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel.+  Dakinhar il-​bniedem se jħares lejn Dak li għamlu, u għajnejh se jħarsu fiss lejn il-​Qaddis taʼ Israel.+  U ma jħarisx lejn l-​artali,+ xogħol idejh;+ u ma jħarisx fiss lejn dak li għamlu subgħajh, lanqas lejn l-​arbli sagri jew l-​artali taʼ l-​inċens.+  Dakinhar il-​bliet fortifikati tiegħu jsiru bħal post mitluq għalkollox fil-​bosk, iva, il-​fergħa li telqu għalkollox minħabba wlied Israel; u jrid isir art abbandunata.+ 10  Għax int insejt+ l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħek;+ u ma ftakartx fil-​Blata+ tal-​fortizza tiegħek. Huwa għalhekk li int tħawwel ħafna xitel sabiħ, u tħawwel ir-​rimja taʼ stranġier f’nofshom. 11  Bi nhar tistaʼ ddawwar bir-​reqqa il-​post imħawwel tiegħek b’ċint, u fil-​għodu tara li ż-​żerriegħa tiegħek tinbet, imma mhux se jkun hemm ħsad f’jum il-​mard u l-​uġigħ bla fejqan.+ 12  Ara! L-​għagħa taʼ ħafna popli, li qed jitqallbu bħalma jitqalleb il-​baħar! U l-​istorbju tal-​ġnus, li qed idamdmu bħall-​ħoss taʼ ilmijiet setgħanin!+ 13  Il-ġnus+ se jdamdmu bħall-​ħoss taʼ ħafna ilmijiet. U Hu se jċanfarhom,+ u jaħarbu ’l bogħod u jiġu mtajrin bħall-​karfa tal-​muntanji fir-​riħ u bħal ħaxix niexef maqbud fi tromba tar-​riħ taʼ tempesta.+ 14  Fil-għaxija, ara, ikun hemm twerwir għal għarrieda. Qabel ma jsir fil-​għodu—ma jkunux iktar.+ Dan hu sehem dawk li jħarbtuna, u dak li jmiss lil dawk li jaħtfuna bħala priża.+

Noti taʼ taħt