Isaija 15:1-9

15  Id-dikjarazzjoni kontra Mowab:+ Peress li tħarbtet bil-​lejl, Ar+ taʼ Mowab issikktet. Peress li tħarbat bil-​lejl, Kir+ taʼ Mowab issikket.  Hu telaʼ lejn Id-​Dar u lejn Dibon,+ lejn il-​postijiet għall-​qima,* biex jibki. Mowab inewwaħ għal Nebo+ u għal Medeba.+ L-​irjus kollha fih huma qargħin;+ kull daqna mqaxxra.  Fit-toroq tiegħu tħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ Fuq il-​bjut+ u fil-​pjazez t’hemmhekk kulħadd inewwaħ u jinżel jibki.+  U Ħesbon u Elegħale+ jgħajtu. Leħinhom instemaʼ saħansitra f’Ġaħas.+ Huwa għalhekk li jibqgħu jgħajtu l-​irġiel armati taʼ Mowab. Ruħu tirtogħod ġo fih.  Qalbi stess tgħajjat minħabba Mowab.+ Dawk li ħarbu minn hemmhekk waslu Sogħar+ u Għeglat-selisija.+ Għax it-​telgħa taʼ Luħit+ kulħadd jitlagħha bil-​biki; għax fit-​triq lejn Ħoronajm+ huma jgħajtu dwar il-​katastrofi.  Għax l-​ilmijiet taʼ Nimrim+ isiru ħerba. Għax il-​ħaxix aħdar nixef, il-​ħaxix spiċċa; m’hemm xejn iħaddar.+  Huwa għalhekk li dak li jifdal u l-​affarijiet maħżunin li refgħu jġorruhom għan-​naħa l-​oħra tal-​wied tas-​siġar tal-​luq.  Għax l-​għajat dar mat-​territorju taʼ Mowab.+ It-​tinwiħ t’hemmhekk wasal s’Eglajm; it-​tinwiħ t’hemmhekk wasal sa Bir-​elim,  għax l-​ilmijiet taʼ Dimon imtlew bid-​demm. Għax kontra Dimon se nżid affarijiet oħrajn, u nibgħat l-​iljuni għall-​Mowabin li jaħarbu u għal dawk li jifdal fl-​art.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.