Isaija 14:1-32

14  Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb,+ u żgur jerġaʼ jagħżel lil Israel;+ u jagħtihom il-​mistrieħ f’arthom,+ u r-​residenti barranin jingħaqdu magħhom, u jintrabtu maʼ dar Ġakobb.+  U l-​popli jiħduhom u jġibuhom lura fil-​post tagħhom, u dawk taʼ dar Israel jiħduhom fl-​art taʼ Ġeħova biex ikunu qaddejja rġiel u nisa tagħhom;+ u jieħdu fil-​jasar+ lil dawk li żammewhom fil-​jasar, u jkollhom taħthom lil dawk li ġegħluhom jaħdmu.+  U jrid iseħħ f’dak il-​jum, meta Ġeħova jagħtik il-​mistrieħ mill-​uġigħ tiegħek u mit-​taħbit tiegħek u mill-​jasar iebes li kont ilsir fih,+  li int taqbad dan il-​qawl kontra s-​sultan taʼ Babilonja u tgħid: “Kif waqaf dak li kien iġiegħel lil oħrajn jaħdmu iebes, kif waqfet il-​moħqrija!+  Ġeħova kisser il-​ħatar tal-​ħżiena, il-​bastun tal-​ħakkiema,+  dak li sawwat lill-​popli fil-​qilla bi swat bla waqfien,+ dak li rażżan lill-​ġnus bir-​rabja u b’persekuzzjoni bla kontroll.+  L-art kollha straħet,+ m’għadx għandha tfixkil. In-​nies qed jifirħu b’għajat ferrieħi.+  Anki s-​siġar tal-​ġnibru+ u ċ-​ċedri tal-​Libanu ferħu minħabba fik, u qalu, ‘Mindu mteddejt, ħadd+ ma ġie biex jaqtagħna għall-​injam.’  “Anki l-​Qabar*+ hemm taħt tqanqal minħabba fik biex jiltaqaʼ miegħek int u dieħel. Minħabba fik qajjem lil dawk bla qawwa fil-​mewt,+ il-​mexxejja kollha taʼ l-​art li qishom mogħoż.+ Qajjem lis-​slaten kollha tal-​ġnus minn fuq it-​tronijiet tagħhom.+ 10  Ilkoll kemm huma jitkellmu u jgħidulek, ‘Int ukoll sirt dgħajjef bħalna?+ Sirt qisek aħna?+ 11  Lejn il-​Qabar tniżżlet kburitek flimkien mal-​ħoss kontinwu taʼ l-​istrumenti tal-​korda tiegħek.+ Taħtek hemm id-​dud mifrux bħal sodda; u l-​ħniex huma l-​għata tiegħek.’+ 12  “O kif waqajt mis-​sema,+ int li tiddi, bin iż-​żerniq! Kif tqaċċatt u waqajt maʼ l-​art,+ int li kont iddgħajjef il-​ġnus!+ 13  Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ sas-​smewwiet.+ ’Il fuq mill-​kwiekeb+ t’Alla se ngħollih it-​tron tiegħi,+ u se npoġġi bil-​qiegħda fuq il-​muntanja tal-​laqgħa,+ fl-​iktar partijiet imbegħdin tat-​tramuntana.+ 14  Se nitlaʼ ’l fuq mill-​postijiet għoljin tas-​sħab;+ se nsir nixbah lill-​Iktar Għoli.’+ 15  “Madankollu, se titniżżel fil-​Qabar,+ lejn il-​qiegħnett tal-​ħofra.+ 16  Dawk li jarawk se jibqgħu jħarsu lejk; se jeżaminawk mill-​qrib, u jistaqsu, ‘Huwa dan ir-​raġel li kien qed jheżżeż l-​art, li kien qed iriegħed is-​saltniet,+ 17  li għamel l-​art produttiva bħax-​xagħri u li għeleb il-​bliet tagħha,+ li ma fetaħx it-​triq għall-​priġunieri tiegħu biex imorru lura d-​dar?’+ 18  Is-slaten l-​oħrajn kollha tal-​ġnus, iva, ilkoll kemm huma, imteddew fil-​glorja, kull wieħed f’qabru stess.+ 19  Imma int, int intremejt mingħajr post fejn tindifen,+ bħal rimja mistkerrha, imlibbes bi rġiel maqtulin bis-​sejf li neżlin f’qiegħ taʼ ħofra,+ bħal ġisem mejjet li qed jintrifes.+ 20  M’intix se tingħaqad magħhom f’qabar, għax int għamilt lil pajjiżek stess ħerba, int qtilt lil niesek stess. Nisel dawk li jagħmlu l-​ħażen mhux se jissemma iktar.+ 21  “Ħejju post fejn jinqatlu wliedu stess minħabba l-​iżball taʼ missirijiethom,+ sabiex ma jqumux u jieħdu l-​art f’idejhom u jimlew wiċċ l-​art produttiva bil-​bliet.”+ 22  “U jien inqum kontrihom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. “U naqtaʼ minn Babilonja kull isem+ u fdal u nisel u dixxendent,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 23  “U nagħmilha l-​proprjetà tal-​porkuspini u nġegħelha timtela bl-​għadajjar fejn jikber il-​qasab, u se niknisha bl-​ixkupa tal-​qerda,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 24  Ġeħova taʼ l-​armati ħalef,+ u qal: “Żgur li bħalma ħsibt, hekk iseħħ; u bħalma ddeċidejt, hekk jiġri,+ 25  sabiex inkisser lill-​Assirjan fil-​pajjiż tiegħi+ u nisħqu fuq il-​muntanji tiegħi;+ u sabiex il-​madmad tiegħu jitlaq minn fuqhom u t-​tagħbija tiegħu titlaq minn fuq spallejhom.”+ 26  Dan hu l-​iskop li ddeċidejt kontra l-​art kollha, u din hi l-​id maħruġa kontra l-​ġnus kollha. 27  Għax Ġeħova taʼ l-​armati nnifsu ddeċieda,+ u min jistaʼ jħassarlu?+ U idu ħariġha, u min jistaʼ jreġġagħha lura?+ 28  Fis-sena li fiha miet is-​Sultan Aħaż+ saret din id-​dikjarazzjoni: 29  “Tithenniex,+ O Filistja,+ ħadd minnek, sempliċement għax il-​bastun taʼ dak li sawtek tkisser.+ Għax mill-​għerq tas-​serp+ se joħroġ serp velenuż,+ u frottu jkun serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-​nar.+ 30  U l-​ewwel imweldin tal-​batuti se jieklu, u l-​foqra se jimteddu fis-​sigurtà.+ U bil-​ġuħ se noqtol lill-​għerq tiegħek, u dak li jifdal minnek se jinqatel.+ 31  Newwaħ, O bieb! Għajjat, O belt! Kollok kemm int se taqtaʼ qalbek, O Filistja! Għax mit-​tramuntana ġej duħħan, u m’hemmx suldat li qed iwarrab mir-​ringiela tiegħu.”+ 32  U kif se jwiġbuhom lill-​messaġġiera+ tal-​ġnus? Li Ġeħova qiegħed il-​pedament taʼ Sijon,+ u fiha se jistkennu l-​magħkusin tal-​poplu tiegħu.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’versi 11 u 15 ukoll.