Isaija 13:1-22

13  Id-dikjarazzjoni kontra Babilonja+ li Isaija bin Għamoż+ ra f’viżjoni:  “Għollu arblu bħala sinjal+ fuq muntanja taʼ blat għeri. Għollu leħinkom lejhom, xejru idkom,+ sabiex jidħlu mill-​bibien tan-​nobbli.+  Jien stess ħriġt il-​kmand lill-​gwerriera li għażilt.*+ Sejjaħt ukoll lis-​setgħanin tiegħi biex jesprimu r-​rabja tiegħi,+ dawk li huma ferħanin b’mod taʼ l-​għaġeb.  Ismaʼ! Folla fil-​muntanji, ħoss bħal taʼ poplu kotran!+ Ismaʼ! L-​għagħa tas-​saltniet, taʼ ġnus miġburin flimkien!+ Ġeħova taʼ l-​armati qed jiġmaʼ l-​armata tal-​gwerra.+  Ġejjin mill-​pajjiż ’il bogħod,+ minn tarf is-​smewwiet, Ġeħova u l-​armi tal-​kundanna tiegħu, biex ifarrku l-​art kollha.+  “Newħu,+ għax il-​jum taʼ Ġeħova hu qrib!+ Ġej bħala tħarbit minn Dak li Jistaʼ Kollox.+  Huwa għalhekk li jintelqu l-​idejn kollha, u qalb il-​bniedem mortali ddub kollha.+  U n-​nies jitħawdu.+ Jagħtuhom weġgħat u jaqbadhom l-​uġigħ tal-​ħlas; bħal mara li qed tiled ikollhom l-​uġigħ tal-​ħlas.+ Iħarsu lejn xulxin mistagħġbin. Wiċċhom ikun aħmar nar.+  “Ara! Il-​jum taʼ Ġeħova ġej, kiefer kemm bil-​qilla u kemm bir-​rabja taħraq, sabiex l-​art jagħmilha oġġett taʼ stagħġib,+ u sabiex jeqred għalkollox lill-​midinbin mill-​art.+ 10  Għax il-​kwiekeb tas-​smewwiet u l-​kostellazzjonijiet tagħhom taʼ Kesil*+ m’humiex se jitfgħu d-​dawl tagħhom; ix-​xemx se tiddallam hi u ħierġa, u l-​qamar mhux se jagħti d-​dawl tiegħu. 11  U jien se nġib il-​ħażen taʼ l-​art produttiva+ fuqha stess, u l-​iżball tal-​ħżiena fuqhom stess. U se ntemm il-​kburija tal-​prużuntużi, u nbaxxi s-​suppervja tat-​tiranni.+ 12  Se nagħmel lill-​bniedem mortali iktar rari mid-​deheb irfinut,+ u l-​bniedem taʼ l-​art iktar rari mid-​deheb t’Ofir.+ 13  Għalhekk, nheżżeż is-​sema,+ u l-​art titriegħed minn postha għall-​qilla taʼ Ġeħova taʼ l-​armati+ u għall-​jum tar-​rabja taħraq tiegħu.+ 14  U jrid iseħħ li, bħal għażżiela* li qed jiġru warajha u bħal merħla li m’għandha lil ħadd biex jiġborha flimkien,+ huma jduru, kull wieħed lejn il-​poplu tiegħu; u jaħarbu, kull wieħed lejn pajjiżu.+ 15  Kulmin jinstab se jiġi minfud, u kulmin jinqabad se jaqaʼ bis-​sejf;+ 16  u t-​tfal stess se jitfarrku quddiem għajnejhom.+ Djarhom se jiġu mħarbtin, u n-​nisa tagħhom se jiġu stuprati.+ 17  “Ara, jien qed inqajjem kontrihom il-​Medin,+ li għalihom il-​fidda m’hi xejn u li bid-​deheb ma jitgħaxxqux. 18  U l-​qwas tagħhom se jfarrku lill-​irġiel żgħażagħ.+ U lil frott il-​ġuf ma jitħassruhx;+ għajnejhom mhux se jiddispjaċihom għall-​ulied. 19  U Babilonja, id-​dekorazzjoni tas-​saltniet,+ is-​sbuħija u l-​kburija tal-​Kaldin,+ trid issir bħal meta Alla għeleb lil Sodoma u Gomorra.+ 20  Qatt ma se tkun abitata,+ u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.+ L-​Għarbi mhux se jwaqqaf it-​tinda tiegħu hemmhekk, u l-​ebda ragħaj m’hu se jħalli l-​imrieħel tiegħu jimteddu hemmhekk. 21  U hemmhekk jimteddu l-​annimali tad-​deżert, u fi djarhom tbejjet il-​kokka imperjali.+ U hemmhekk jgħammar in-​ngħam u joqogħdu jaqbżu d-​demonji forma taʼ mogħża.*+ 22  U x-​xakalli se jnewħu fit-​torrijiet tagħha li kienu mgħammrin,+ u s-​sriep il-​kbar se jkunu fil-​palazzi mill-​isbaħ. U dalwaqt tasal is-​siegħa tagħha, u jiemha mhux se jiġu mtawlin.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “lill-​imqaddsin tiegħi,” jiġifieri, imqaddsin, jew imwarrbin apparti, għall-​gwerra taʼ Ġeħova.
Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kesil.”
Jew, “ċerva ħafifa.”
Dawn jirreferu jew għal demonji jew għal annimali taʼ veru li kienu jfakkru lil min jarahom fid-​demonji.