Isaija 11:1-16

11  U trid toħroġ fergħa+ żgħira miz-​zokk taʼ Ġesse;+ u mill-​għeruq tiegħu rimja+ se tagħti l-​frott.+  U fuqu jrid jistrieħ l-​ispirtu taʼ Ġeħova,+ l-​ispirtu taʼ l-​għerf+ u taʼ l-​abbiltà li jifhem,+ l-​ispirtu taʼ l-​għoti taʼ pariri u tas-​setgħa,+ l-​ispirtu taʼ l-​għarfien+ u tal-​biżaʼ taʼ Ġeħova;+  u hu jsib għaxqa fil-​biżaʼ taʼ Ġeħova.+ U mhux se jiġġudika biss fuq dak li jara b’għajnejh, lanqas ma jwiddeb sempliċement skond dak li jismaʼ b’widnejh.+  U bis-​sewwa jiġġudika lill-​batuti,+ u b’mod rett jagħti twiddib għan-​nom tal-​ġwejdin taʼ l-​art. U se jsawwat l-​art bil-​ħatar taʼ fommu;+ u bl-​ispirtu taʼ xofftejh jagħti l-​mewt lill-​ħażin.+  U s-​sewwa jkun iċ-​ċinturin taʼ ġenbejh,+ u l-​fedeltà ċ-​ċinturin taʼ qaddu.+  U l-​lupu se jgħammar għal xi żmien mal-​ħaruf,+ u l-​leopard jimtedd mal-​gidi, u l-​għoġol u l-​iljun b’saħħtu+ u l-​annimal magħluf tajjeb ilkoll flimkien;+ u tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom.  U l-​baqra u l-​ors se jirgħu; il-​frieħ tagħhom se jimteddu flimkien. U saħansitra l-​iljun se jiekol it-​tiben bħall-​barri.+  U t-​tarbija tal-​ħalib se tilgħab fuq il-​ħofra tal-​kobra;+ u t-​tifel li qataʼ l-​ħalib iqiegħed idu fuq il-​bokka tal-​bejta taʼ serp velenuż.  Ma se jagħmlu ebda ħsara+ jew ħerba fuq il-​muntanja qaddisa kollha tiegħi;+ għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħova bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.+ 10  U jrid iseħħ f’dak il-​jum+ li jkun hemm l-​għerq taʼ Ġesse+ wieqaf bħala sinjal għall-​popli.+ Il-​ġnus ukoll se jduru lejh biex jistaqsuh,+ u l-​post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż.+ 11  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova jerġaʼ joffri idu, għat-​tieni darba,+ biex mill-​Assirja,+ mill-​Eġittu,+ minn Patros,+ minn Kus,+ minn Għelam,+ mis-​Sinar,+ minn Ħamat, u mill-​gżejjer tal-​baħar+ jikseb lill-​fdal tal-​poplu tiegħu li jkun baqaʼ. 12  U jgħolli sinjal għall-​ġnus u jiġmaʼ lill-​imxerrdin taʼ Israel;+ u lill-​imferrxin taʼ Ġuda jiġborhom flimkien mill-​erbat itruf taʼ l-​art.+ 13  U l-​għira t’Efrajm trid titlaq,+ u l-​għedewwa taʼ Ġuda se jinqerdu wkoll. Efrajm ma jgħirx għal Ġuda, u lanqas Ġuda ma se jkun l-​għadu t’Efrajm.+ 14  U jtiru għal fuq spallet il-​Filistin lejn il-​punent;+ flimkien se jaħtfu bħala priża lil ulied il-​Lvant.+ Se jieħdu taħt idejhom lil Edom u Mowab,+ u wlied Għammon ikunu sudditi tagħhom.+ 15  U Ġeħova se jnixxef ilsien il-​baħar Eġizzjan,+ u jxejjer idu lejn ix-​Xmara+ bir-​riħ jaħraq tiegħu. U jsawwatha fis-​sebaʼ nixxigħat tagħha, u hu jġiegħel lin-​nies jimxu bis-​sandli tagħhom.+ 16  U jkun hemm triq ewlenija+ li toħroġ mill-​Assirja għall-​fdal+ tal-​poplu tiegħu li jkun baqaʼ,+ sewwasew bħalma kien hemm għal Israel dakinhar li ħareġ mill-​art taʼ l-​Eġittu.

Noti taʼ taħt