Isaija 10:1-34

10  Gwaj għal dawk li qed jgħaddu regolamenti taʼ ħsara+ u dawk li l-​ħin kollu jiktbu digrieti li jġibu l-​inkwiet,  sabiex iwarrbu lill-​batuti minn kawża legali u jaħtfu l-​ġustizzja minn id il-​magħkusin tal-​poplu tiegħi,+ biex jagħmlu lin-​nisa romol priża tagħhom, u sabiex jisirqu saħansitra lis-​subien bla missier!+  U x’se tagħmlu dakinhar li l-​attenzjoni ddur fuqkom,+ u fir-​rovina, meta din tiġi mill-​bogħod?+ Għand min se taħarbu għall-​għajnuna,+ u fejn se tħallu l-​glorja tagħkom,+  meta ma jibqgħalkomx ħlief li tmilu mal-​priġunieri u li taqgħu mal-​maqtulin?+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+  “Ara, l-​Assirjan,+ il-​ħatar għar-​rabja tiegħi,+ u l-​għuda li qiegħda f’idhom għall-​kundanna tiegħi!  Kontra ġens apostata+ se nibagħtu, u kontra l-​poplu tar-​rabja qalila tiegħi se noħroġlu kmand,+ biex jieħu ħafna priża u biex jisraq kemm jiflaħ u jgħaffġu bħat-​tajn tat-​toroq.+  Għalkemm forsi ma jkunx hekk, se jħossu inklinat jagħmel dan; għalkemm qalbu forsi ma tkunx hekk, se jfassal pjanijiet dwar dan, għax f’qalbu għandu li jeqred għalkollox,+ u biex jeqred ħafna ġnus.+  Għax hu jgħid, ‘M’humiex il-​prinċpijiet tiegħi slaten fl-​istess ħin?+  M’hijiex Kalno+ bħal Karkemis?+ M’hijiex Ħamat+ bħal Arfad?+ M’hijiex is-​Samarija+ bħal Damasku?+ 10  Kulmeta idi laħqet is-​saltniet taʼ xi alla bla siwi li x-​xbihat minquxin tiegħu huma iżjed kotrana minn dawk li hemm Ġerusalemm u s-​Samarija,+ 11  ma kienx ir-​riżultat l-​istess bħalma se nagħmel lis-​Samarija u l-​allat bla siwi tagħha,+ u li mbagħad se nagħmel lil Ġerusalemm u l-​idoli tagħha?’+ 12  “U jrid iseħħ li meta Ġeħova jtemm ix-​xogħol kollu tiegħu fuq il-​Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm, jien se nitlob kont mis-​sultan taʼ l-​Assirja minħabba l-​qalb insolenti tiegħu u għajnejh l-​imkabbrin għax jaħseb li hu xi ħaġa.+ 13  Għax hu qal: ‘Se naġixxi bil-​qawwa taʼ idi,+ u b’għerfi, għax għandi l-​abbiltà li nifhem; u se nneħħi l-​fruntieri tal-​popli,+ u l-​affarijiet maħżunin tagħhom se nħarbathom,+ u bħal wieħed qawwi se nwaqqaʼ lill-​abitanti.+ 14  U idi+ se tilħaq ir-​riżorsi+ tal-​popli daqslikieku kienu bejta taʼ l-​għasafar; u bħalma jinġabar il-​bajd li jkun tħalla, jien se niġbor l-​art kollha, u ma jkun hemm ħadd li jħabbat ġwinħajh jew jiftaħ ħalqu jew ipespes.’” 15  Sejra mannara togħla fuq dak li jaqtaʼ biha, jew is-​serrieq jitkabbar fuq dak li jmexxih ’il quddiem u lura, bħallikieku l-​bastun iressaq ’il quddiem u lura lil dawk li jgħolluh, u l-​ħatar għolla lil min m’huwiex taʼ l-​injam?+ 16  Għalhekk, il-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, se jibqaʼ jibgħat fuq il-​qawwijin tiegħu marda li therrihom,+ u taħt il-​glorja tiegħu se jibqaʼ jaqbad ħruq bħall-​ħruq tan-​nar.+ 17  U d-​Dawl taʼ Israel+ irid isir nar,+ u l-​Qaddis tiegħu fjamma;+ u din trid tħeġġeġ u tiblaʼ l-​ħaxix ħażin u l-​għollieq tiegħu+ f’jum wieħed. 18  U l-​glorja tal-​foresta u tal-​ġnien tal-​frott tiegħu Hu se jtemmha għalkollox,+ u ssir bħal xi ħadd marid li qed idub fix-​xejn.+ 19  U l-​bqija tas-​siġar tal-​foresta tiegħu tant isiru ftit li anki tifel ikun jaf jikteb kemm ikun hemm.+ 20  U jseħħ dakinhar li dawk li jifdal minn Israel+ u dawk mid-​dar taʼ Ġakobb li jkunu ħarbu qatt iktar ma jistrieħu fuq dak li qed isawwathom,+ u huma se jistrieħu fuq Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel,+ bil-​fedeltà.+ 21  Fdal biss se jerġaʼ lura,* il-​fdal taʼ Ġakobb, lejn l-​Alla Setgħan.+ 22  Għax għalkemm in-​nies tiegħek, O Israel, ikunu bħar-​ramel tal-​baħar,+ fdal biss minn fosthom se jerġaʼ lura.+ Ġejja qerda totali+ li diġà ġiet deċiża, ġejja bħal għarqa, bis-​sewwa,+ 23  għax il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, se jwettaq fil-​pajjiż kollu qerda totali+ u d-​deċiżjoni li ma tistax tinbidel.+ 24  Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati: “Tibżax, O poplu tiegħi li tgħammar f’Sijon,+ minħabba l-​Assirjan, li kien isawtek bil-​ħatar+ u li kien jgħolli l-​bastun tiegħu kontrik bħalma kien jagħmel l-​Eġittu.+ 25  Għax ftit ferm baqaʼ—u l-​kundanna+ se tkun intemmet, u r-​rabja tiegħi tkun ġabithom fix-​xejn.+ 26  U Ġeħova taʼ l-​armati se jxejjer kontrih frosta+ bħal fit-​telfa taʼ Midjan ħdejn il-​blata Għoreb;+ u l-​bastun tiegħu se jkun fuq il-​baħar,+ u se jgħollih kif għamel maʼ l-​Eġittu.+ 27  “U jrid iseħħ dakinhar li t-​tagħbija tiegħu se titlaq minn fuq spalltek,+ u l-​madmad tiegħu minn fuq għonqok,+ u l-​madmad ċertament li se jitfarrak+ minħabba ż-​żejt.”* 28  Hu wasal f’Għajjât;+ għadda minn Migron; f’Mikmax+ ħalla l-​affarijiet tiegħu. 29  Għaddew mill-​ilma baxx, f’Geba+ qattgħu l-​lejl, Rama+ triegħdet, Gibegħa+ taʼ Sawl ħarbet. 30  Semmaʼ leħnek bit-​twerżiq, O bint Gallim.+ Oqgħod attenta, O Lajsa. O int il-​magħkusa, Għanatot!+ 31  Madmena ħarbet. L-​abitanti taʼ Gebim marru jfittxu l-​kenn. 32  Qabel jispiċċa l-​jum, hu jieqaf f’Nob.+ Ixejjer idu b’theddida lejn il-​muntanja taʼ bint Sijon, l-​għolja taʼ Ġerusalemm.+ 33  Ara! Il-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, qed jiżbor il-​friegħi b’tisbita terribbli;+ u dawk li twalu fid-​daqs qed jinqatgħu, u l-​għoljin se jitbaxxew.+ 34  U hu qaċċat l-​imsaġar tal-​foresta b’għodda tal-​ħadid, u permezz taʼ wieħed qawwi jaqaʼ l-​Libanu.+

Noti taʼ taħt

“Fdal biss se jerġaʼ lura.” Bl-​Ebrajk, din l-​espressjoni hi l-​istess bħall-​isem “Segħar-ġasub” f’Is 7:3, ara n-​nota taʼ taħt.
X’aktarx iż-​żejt li kien jintuża għall-​ħruq, jew iż-​żejt li kienu jidilku s-​slaten bih.