Isaija 1:1-31

1  Il-viżjoni+ taʼ Isaija*+ bin Għamoż li ra dwar Ġuda u Ġerusalemm f’jiem Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda:+  Isimgħu,+ O smewwiet, u agħti widen, O art, għax Ġeħova nnifsu tkellem: “Ulied rabbejt u rawwimt,+ imma huma rvellaw kontrija.+  Barri jaf min xtrah, u l-​ħmar jaf il-​maxtura taʼ sidu; imma Israel ma jafx,+ niesi ma wrewx li jifhmu.”+  Gwaj għall-​ġens midneb,+ il-​poplu mtaqqal bl-​iżball, nisel li jagħmel il-​ħażen,+ ulied li jġibu rovina!+ Telqu lil Ġeħova,+ ittrattaw lill-​Qaddis taʼ Israel b’nuqqas taʼ rispett,+ tawh daharhom.+  Fejn jonqoskom tissawtu iżjed,+ billi tkomplu tirvellaw kontrija?+ Ir-​ras kollha hi f’qagħda marida, u l-​qalb kollha hi dgħajfa.+  Mill-qiegħ tas-​saqajn sar-​ras m’hemmx parti waħda li hi f’saħħitha.+ Feriti u tbenġil u ġrieħi miftuħin—ma ġewx magħfusin jew marbutin, lanqas ma ġew imrattbin biż-​żejt.+  Pajjiżkom ħerba,+ blietkom maħruqin bin-​nar;+ artkom qed jikluha+ l-​istranġieri quddiemkom,+ u l-​ħerba qisha tiġrif mill-​istranġieri.+  U bint Sijon+ tħalliet bħal għarix f’għalqa tad-​dwieli, bħal post għall-​għassa f’għalqa tal-​ħjar, bħal belt imdawra.+  Kieku Ġeħova taʼ l-​armati ma ħallilniex ftit uħud ħajjin,+ konna nsiru bħal Sodoma, konna nkunu qisna Gomorra.+ 10  Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova,+ dittaturi+ taʼ Sodoma.+ Agħtu widen għal-​liġi t’Alla tagħna, nies taʼ Gomorra. 11  “X’nambiha l-​kotra tas-​sagrifiċċji tagħkom?” jgħid Ġeħova. “Xbajt mill-​offerti sħaħ tal-​ħruq+ taʼ l-​imtaten+ u mix-​xaħam taʼ l-​annimali magħlufin tajjeb;+ u d-​demm+ tal-​barrin żgħar u tal-​ħrief irġiel u tal-​bdabad+ ma jogħġobnix.+ 12  Intom tidħlu biex taraw ’il wiċċi,+ imma min qabbadkom tagħmlu dan, biex tgħaffġu fil-​btieħi tiegħi?+ 13  Iddaħħlux iktar offerti tal-​qmuħ bla valur.+ L-​inċens hu xi ħaġa mistkerrha għalija.+ Il-​qamar ġdid+ u s-​Sabat,*+ l-​organizzar taʼ konvenzjonijiet+—ma nifilħux l-​użu tal-​qawwa maġika+ maʼ l-​assembleat solenni. 14  Il-qmura ġodda tagħkom u l-​istaġuni tagħkom tal-​festi ruħi bagħdithom.+ Għalija saru toqol;+ għejejt inġorrhom.+ 15  U meta tiftħu idejkom,+ jien naħbi għajnejja minnkom.+ Avolja tgħidu ħafna talb,+ m’iniex nismaʼ;+ idejkom imtlew bit-​tixrid taʼ demm.+ 16  Inħaslu;+ tnaddfu;+ neħħu l-​ħażen t’għemilkom minn quddiem għajnejja;+ tibqgħux tagħmlu l-​ħażen.+ 17  Tgħallmu agħmlu t-​tajjeb;+ fittxu l-​ġustizzja;+ ikkoreġu lil min jaħqar;+ agħmlu l-​ħaqq lit-​tifel bla missier;+ iddefendu l-​kawża taʼ l-​armla.”+ 18  “Ejjew, issa, ħa nirranġaw l-​affarijiet taʼ bejnietna,” jgħid Ġeħova.+ “Għalkemm dnubietkom ikunu bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-​silġ;*+ għalkemm ikunu ħomor bħad-​drapp krimżi, se jsiru bħas-​suf. 19  Jekk turu li għandkom ir-​rieda u tisimgħu, intom tieklu l-​ġid tal-​pajjiż.+ 20  Imma jekk tirrifjutaw+ u tkunu ribellużi, se jikolkom is-​sejf; għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+ 21  O kif saret prostituta+ l-​belt li kienet turi fedeltà!+ Kienet mimlija ġustizzja;+ is-​sewwa kien jgħammar fiha,+ imma issa jgħammru l-​qattilin.+ 22  Il-fidda tiegħek saret ħmieġ li jitlaʼ fil-​wiċċ.+ Il-​birra tal-​qamħ tiegħek mifqugħa bl-​ilma.+ 23  Il-prinċpijiet tiegħek stinati u mseħbin mal-​ħallelin.+ Kull wieħed minnhom iħobb it-​tixħim+ u jiġri wara r-​rigali.+ Ma jagħmlux il-​ħaqq lit-​tifel bla missier; u l-​kawża legali taʼ l-​armla ma jridux jisimgħuha.+ 24  Għalhekk, il-​kelma tal-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla l-​Qawwi taʼ Israel,+ hija: “Ah! Se neħles mill-​avversarji tiegħi, u se nitħallas+ mill-​għedewwa tiegħi.+ 25  U se ndawwar idi fuqek, u ndewwiblek u nneħħilek għalkollox* il-​ħmieġ li jitlaʼ fil-​wiċċ, u nneħħi l-​iskart kollu tiegħek.+ 26  U se nerġaʼ nġiblek l-​imħallfin bħal qabel, u l-​kunsillieri bħal fil-​bidu.+ Imbagħad, int tissejjaħ Belt is-​Sewwa, Belt taʼ Fedeltà.+ 27  Sijon tiġi mifdija bil-​ġustizzja,+ u dawk minnha li jerġgħu lura jinfdew bis-​sewwa.+ 28  U dawk li jirvellaw u l-​midinbin jieħdu tisbita fl-​istess ħin,+ u dawk li jitilqu lil Ġeħova jintemmu.+ 29  Għax se jistħu minħabba s-​siġar setgħanin li xtaqtu intom,+ u intom se tħossukom avviliti minħabba l-​ġonna li għażiltu.+ 30  Għax issiru bħal siġra kbira li l-​weraq tagħha qed jidbiel,+ u bħal ġnien bla ilma. 31  U r-​raġel enerġetiku jsir qanneb,+ u l-​prodott t’għemilu xrara; u t-​tnejn jaqbdu f’ħuġġieġa fl-​istess ħin, u ma jkun hemm ħadd biex jitfihom.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Salvazzjoni taʼ Ġeħova.”
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “borra.”
Letteralment, “bil-​lissija,” li hija sustanza alkalina qawwija.