Galatin 6:1-18

6  Ħuti, anki jekk bniedem jagħmel xi pass falz+ qabel ma jinduna, intom li għandkom kwalifiki spiritwali+ pprovaw aġġustawh mill-​ġdid bi spirtu taʼ ħlewwa,+ waqt li kull wieħed minnkom joqgħod attent għalih innifsu,+ minħabba l-​biżaʼ li hu wkoll jiġi ttantat.+  Komplu ġorru t-​toqol+ taʼ xulxin, u b’hekk twettqu l-​liġi tal-​Kristu.+  Għax jekk xi ħadd jaħseb li hu xi ħaġa meta m’hu xejn,+ iqarraq bih innifsu.  Imma kull wieħed ħa jagħti prova taʼ x’inhu għemilu,+ u mbagħad ikollu għalxiex jifraħ b’dak li jagħmel hu stess, u ma jqabbilx+ ruħu maʼ ħaddieħor.  Għax kull wieħed iġorr it-​tagħbija tiegħu.+  Iktar minn hekk, kulmin qed jiġi mgħallem il-​kelma bil-​fomm+ ħa jieħu sehem+ fl-​affarijiet tajbin kollha maʼ dak li jagħtih dan it-​tagħlim.+  Titqarrqux:+ Alla ma jidħaq bih ħadd.+ Għax dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad;+  għax min jiżraʼ għal laħmu jaħsad it-​taħsir minn laħmu,+ imma min jiżraʼ għall-​ispirtu+ jaħsad il-​ħajja taʼ dejjem mill-​ispirtu.+  Għalhekk, ħa ma niqfux nagħmlu dak li hu tajjeb,+ għax meta jasal iż-​żmien naħsdu jekk ma negħjewx.+ 10  Mela, allura, dment li għandna ż-​żmien favorevoli għal dan,+ ħa nagħmlu t-​tajjeb maʼ kulħadd, imma speċjalment maʼ min jiġi minna fil-​fidi.+ 11  Araw b’liema ittri kbar ktibtilkom b’idi stess.+ 12  Dawk kollha li jridu jingħoġbu fil-​laħam jipprovaw iġegħlukom tiġu ċirkonċiżi,+ sempliċement biex ma jiġux persegwitati minħabba z-​zokk tat-​tortura tal-​Kristu,+ Ġesù. 13  Għax lanqas saħansitra dawk li qed jiġu ċirkonċiżi ma jżommu l-​Liġi,+ imma jridukom tiġu ċirkonċiżi biex ikollhom għalfejn jiftaħru b’laħamkom. 14  Jalla qatt ma jiġri li niftaħar, ħlief biz-​zokk tat-​tortura+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu d-​dinja ġiet imsammra maʼ zokk għalija+ u jien għad-​dinja. 15  Għax la tgħodd iċ-​ċirkonċiżjoni u lanqas in-​nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni,+ imma l-​ħolqien ġdid+ li jgħodd. 16  U dawk kollha li jimxu bl-​ordni skond din ir-​regola taʼ kondotta, fuqhom ikunu l-​paċi u l-​ħniena, iva, fuq l-​Israel t’Alla.+ 17  Minn issa ’l quddiem ħalli ħadd ma jaqlagħli l-​inkwiet, għax inġorr f’ġismi l-​marki+ li jittimbrawni bħala lsir taʼ Ġesù.+ 18  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun maʼ l-​ispirtu+ li turu, ħuti. Amen.

Noti taʼ taħt