Galatin 5:1-26

5  Kristu ħelisna+ biex ikollna din il-​libertà. Għalhekk, żommu sħiħ,+ u terġgħux tintrabtu taħt madmad taʼ jasar.+  Ara! Jien, Pawlu, qed ngħidilkom li jekk issiru ċirkonċiżi,+ Kristu ma jkun taʼ ebda benefiċċju għalikom.  Iktar minn hekk, nerġaʼ nixhed lil kull bniedem li jiġi ċirkonċiż li dan għandu l-​obbligu li jwettaq il-​Liġi kollha.+  Intom li tipprovaw tkunu dikjarati ġusti permezz tal-​liġi+ nfridtu minn Kristu, tbegħedtu mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+  Min-naħa tagħna, bl-​ispirtu, aħna qed nistennew ħerqanin il-​ġustizzja li nittamaw għaliha u li tiġi mill-​fidi.+  Għax rigward Kristu Ġesù la tiswa ċ-​ċirkonċiżjoni u lanqas in-​nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni,+ imma l-​fidi+ li taħdem permezz taʼ l-​imħabba.+  Kontu qed tiġru sew.+ Min fixkilkom biex ma tibqgħux tobdu l-​verità?+  Din ix-​xorta taʼ persważjoni mhix ġejja minn Dak li jsejħilkom.+  Ftit ħmira tħemmer l-​għaġna kollha.+ 10  Jien għandi fiduċja+ fikom, intom li qegħdin f’unjoni+ mal-​Mulej, li m’intomx se tibdew taħsbu mod ieħor; imma hu min hu li qed jaqlgħalkom l-​inkwiet+ se jieħu l-​ġudizzju tiegħu.+ 11  Ngħid għalija, ħuti, jekk għadni nippriedka ċ-​ċirkonċiżjoni, għala għadni niġi persegwitat? Mela, allura, it-​tfixkil+ taz-​zokk tat-​tortura+ tneħħa.+ 12  Nixtieq li dawk li qed jipprovaw idawrukom+ saħansitra jagħmlu lilhom infushom ewnuċi.+ 13  Naturalment, ħuti, intom kontu msejħin għal-​libertà;+ biss tużawx din il-​libertà bħala okkażjoni għal-​laħam,+ imma tjassru għal xulxin permezz taʼ l-​imħabba.+ 14  Għax il-​Liġi kollha titwettaq+ fi kmand wieħed, jiġifieri: “Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 15  Iżda, jekk tibqgħu tigdmu u tibilgħu lil xulxin,+ oqogħdu attenti li ma tinqerdux għalkollox minn xulxin.+ 16  Imma ngħidilkom, Ibqgħu mexjin bl-​ispirtu+ u ma twettqu assolutament l-​ebda xewqa tal-​laħam.+ 17  Għax, fix-​xewqa tiegħu, il-​laħam hu kontra l-​ispirtu,+ u l-​ispirtu kontra l-​laħam; għax dawn huma opposti għal xulxin, sabiex dak li tixtiequ tagħmlu ma tagħmluhx.+ 18  Iktar minn hekk, jekk tkunu mmexxijin mill-​ispirtu,+ m’intomx taħt il-​liġi.+ 19  Issa l-​għemejjel tal-​laħam jidhru ċar,+ u huma ż-​żína,+ in-​nuqqas taʼ ndafa, il-​kondotta laxka,+ 20  l-idolatrija, l-​ipprattikar taʼ l-​ispiritiżmu,+ il-​mibegħda, il-​ġlied, l-​għira, l-​għadab, it-​tilwim, il-​firda, is-​setet, 21  l-invidja, is-​sokor,+ ix-​xalar, u affarijiet bħal dawn. Rigward dan kollu qed inwissikom minn qabel, bħalma diġà wissejtkom, li min jipprattika+ dawn l-​affarijiet ma jiritx is-​saltna t’Alla.+ 22  Mill-banda l-​oħra, il-​frott+ taʼ l-​ispirtu hu l-​imħabba, il-​ferħ, il-​paċi, is-​sabar fit-​tul, il-​qalb tajba, it-​tjubija,+ il-​fidi, 23  il-ħlewwa, ir-​rażna.+ Kontra dawn m’hemmx liġi.+ 24  Iktar minn hekk, dawk li huma taʼ Kristu Ġesù sammru maʼ zokk il-​laħam flimkien mal-​passjonijiet u x-​xewqat tiegħu.+ 25  Jekk qed ngħixu bl-​ispirtu, ħa nkomplu mexjin bl-​ordni kif ukoll bl-​ispirtu.+ 26  Ħa ma nintefħux bina nfusna, għax b’hekk inqanqlu l-​kompetizzjoni+ bejnietna, u ngħiru għal xulxin.+

Noti taʼ taħt