Galatin 4:1-31

4  Issa jien ngħid li sakemm il-​werriet ikun għadu ċkejken ma jkunx differenti minn ilsir,+ għalkemm hu s-​sid taʼ kollox,  imma jkun taħt irġiel inkarigati+ u prokuraturi sal-​jum li missieru jkun stabbilixxa minn qabel.  Hekk ukoll aħna, meta konna għadna ċkejknin, konna lsiera taʼ l-​affarijiet elementari+ tad-​dinja.  Imma meta waslet il-​milja taż-​żmien,+ Alla bagħat lil Ibnu,+ li twieled minn mara+ u twieled taħt il-​liġi,+  biex jixtri+ u jeħles lil dawk li kienu taħt il-​liġi,+ sabiex aħna, mill-​banda l-​oħra, niġu adottati bħala wlied.+  Issa peress li intom ulied, Alla bagħat l-​ispirtu+ taʼ Ibnu fi qlubna u dan jgħajjat: “Abba,* Missier!”+  Għalhekk, mela, m’għadekx iktar ilsir imma iben; u jekk iben, werriet ukoll permezz t’Alla.+  Minkejja dan, kien meta ma kontux tafu lil Alla+ li tjassartu għal dawk li min-​natura m’humiex allat.+  Imma issa li tafu lil Alla, jew, aħjar, issa li Alla sar jafkom,+ kif qed terġgħu dduru lura lejn l-​affarijiet elementari+ li huma dgħajfin+ u bla siwi u tridu terġgħu titjassru għalihom?+ 10  Intom qed tosservaw bl-​akbar reqqa l-​jiem+ u x-​xhur+ u l-​istaġuni u s-​snin. 11  Nibżaʼ minħabba fikom, li b’xi mod tħabatt għalxejn+ għalikom. 12  Nitlobkom ħuti, Siru bħali,+ għax jien ukoll kont bħalkom.+ Intom ma nqastunix.+ 13  Imma tafu li kien għax kont marid fiżikament li xandartilkom l-​aħbar tajba l-​ewwel darba.+ 14  U l-​marda tiegħi, li kienet taʼ prova għalikom, ma ddisprezzajtuhiex jew bżaqtulha bi stmerrija; imma lqajtuni bħal anġlu+ t’Alla, bħal Kristu Ġesù.+ 15  Allura, fejn hu l-​hena li kellkom?+ Għax nixhdilkom li, kieku stajtu, kontu taqilgħu għajnejkom u tagħtuhomli.+ 16  Allura issa sirt l-​għadu tagħkom+ għax ngħidilkom il-​verità?+ 17  Huma ma jfittxukomx biż-​żelu+ għax għandhom intenzjoni tajba, imma għax iridu jifirdukom minni, biex intom tfittxu lilhom biż-​żelu.+ 18  Madankollu, ikun tajjeb li min ifittixkom biż-​żelu jkun dejjem għal raġuni tajba,+ u mhux biss meta nkun preżenti+ magħkom, 19  uliedi ċkejknin,+ li għalikom għal darb’oħra nħoss l-​uġigħ tal-​ħlas sakemm Kristu jifforma fikom.+ 20  Imma nixtieq li qiegħed preżenti magħkom issa stess+ u nitkellem b’mod differenti, għax inħossni mħawwad+ minħabba fikom. 21  Għiduli, intom li tridu tkunu taħt il-​liġi,+ Ma tisimgħuhiex il-​Liġi?+ 22  Per eżempju, hemm miktub li Abraham kellu żewġ ulied, wieħed mill-​qaddejja+ u wieħed mill-​ħielsa;+ 23  imma dak li ġie mill-​qaddejja fil-​fatt twieled skond il-​laħam,+ l-​ieħor li ġie mill-​ħielsa permezz taʼ wegħda.+ 24  Dan kollu qiegħed bħala dramm simboliku;+ għax dawn in-​nisa jfissru żewġ pattijiet,+ wieħed li sar fuq il-​Muntanja Sinaj,+ li tiled it-​tfal għall-​jasar, u li hi Ħagar. 25  Issa din Ħagar tfisser is-​Sinaj,+ muntanja fl-​Għarabja, u hi ekwivalenti għal Ġerusalemm taʼ llum, għax hi fil-​jasar+ maʼ wliedha. 26  Imma Ġerusalemm+ taʼ fuq hi ħielsa, u din hi ommna.+ 27  Għax hu miktub: “Ifraħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma tilidx; għolli leħnek u għajjat bil-​ferħ, int li m’għandekx l-​uġigħ tal-​ħlas; għax ulied il-​mara abbandunata huma iktar numerużi minn taʼ dik li għandha żewġha.”+ 28  Issa ħuti, aħna wlied il-​wegħda bħalma kien Iżakk.+ 29  Imma bħalma dak iż-​żmien dak li twieled skond il-​laħam beda jippersegwita+ lil dak li twieled skond l-​ispirtu, hekk ukoll issa.+ 30  Minkejja dan, x’tgħid l-​Iskrittura? “Keċċi lill-​qaddejja u lil binha, għax bin il-​qaddejja żgur ma jkunx werriet maʼ bin il-​ħielsa.”+ 31  Għaldaqstant, ħuti, m’aħniex ulied il-​qaddejja,+ imma wlied il-​ħielsa.+

Noti taʼ taħt

Ara Mk 14:36, in-​nota taʼ taħt.