Galatin 2:1-21

2  Imbagħad wara erbatax-il sena rġajt tlajt Ġerusalemm+ maʼ Barnaba,+ u miegħi ħadt ukoll lil Titu.  Imma tlajt għax kelli rivelazzjoni.+ U qegħedt quddiemhom+ l-​aħbar tajba li qed nippriedka fost il-​ġnus, madankollu, quddiem dawk biss li kienu rġiel li jispikkaw, għax bżajt li b’xi mod kont qed niġri+ jew kont ġrejt għalxejn.+  Minkejja dan, lanqas saħansitra lil Titu,+ li kien miegħi, ma ġegħluh jagħmel iċ-​ċirkonċiżjoni,+ għalkemm kien Grieg.  Imma minħabba l-​aħwa foloz+ li ddaħħlu baxx baxx+ u ndehsu biex jitkixxfu fuq il-​libertà tagħna+ li għandna f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, sabiex ijassruna+ għalkollox—  lil dawn ma ċedejnilhomx u ma qgħadniex sottomessi lejhom,+ le, lanqas għal mument wieħed, sabiex il-​verità+ taʼ l-​aħbar tajba tibqaʼ għandkom.  Imma min-​naħa taʼ dawk li kienu jidhru li huma xi ħaġa+—kienu x’kienu qabel ma jagħmilx differenza għalija+—Alla ma jħarisx lejn kif bniedem jidher minn barra+—lili, fil-​fatt, dawk l-​irġiel li jispikkaw ma qaluli xejn ġdid.  Imma, għall-​kuntrarju, meta raw li ġiet fdata+ lili l-​aħbar tajba għal dawk mhux ċirkonċiżi,+ bħalma ġiet fdata lil Pietru għal dawk ċirkonċiżi+  għax Dak li ta lil Pietru l-​qawwa meħtieġa biex ikun appostlu tan-​nies ċirkonċiżi, ta wkoll il-​qawwa lili+ għan-​nies tal-​ġnus;  iva, meta saru jafu bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ li ntwerejt,+ Ġakbu+ u Kefa u Ġwanni, li kienu jidhru li huma kolonni,+ taw lili u lil Barnaba+ l-​id il-​leminija b’sinjal taʼ sħubija bejnietna,+ sabiex aħna mmorru għand il-​ġnus, u huma għand iċ-​ċirkonċiżi. 10  Biss kellna nżommu l-​foqra f’moħħna,+ ħaġa li wkoll ipprovajt nagħmel bil-​ħeġġa kollha.+ 11  Madankollu, meta Kefa+ ġie Antjokja,+ waqaftlu f’wiċċu, għax kellu tort.+ 12  Għax qabel ma waslu ċerti rġiel mingħand Ġakbu,+ kien jiekol+ man-​nies tal-​ġnus; imma meta waslu, qagħad lura u nfired minn magħhom, għax beżaʼ+ minn dawk taċ-​ċirkonċiżjoni.+ 13  Il-Lhud l-​oħrajn ukoll issieħbu miegħu f’din it-​turija taʼ wiċċ b’ieħor,+ tant li saħansitra Barnaba+ għamel bħalhom u beda juri wiċċ b’ieħor. 14  Imma meta rajt li ma kinux mexjin dritt skond il-​verità taʼ l-​aħbar tajba,+ għedt lil Kefa quddiemhom ilkoll:+ “Jekk int, għalkemm Lhudi, tgħix bħalma jgħixu l-​ġnus, u mhux bħal-​Lhud, kif qed iġġiegħel lin-​nies tal-​ġnus jgħixu skond id-​drawwa tal-​Lhud?”+ 15  Aħna, bħala Lhud min-​natura+ u mhux midinbin+ mill-​ġnus, 16  peress li nafu li bniedem ma jiġix dikjarat ġust+ bl-​għemejjel tal-​liġi, imma biss bil-​fidi+ fi Kristu Ġesù, anki aħna poġġejna l-​fidi tagħna fi Kristu Ġesù, biex niġu dikjarati ġusti bis-​saħħa tal-​fidi fi Kristu,+ u mhux bis-​saħħa taʼ l-​għemejjel tal-​liġi, għax bl-​għemejjel tal-​liġi ebda bniedem ma jiġi dikjarat ġust.+ 17  Issa jekk aħna stess, meta fittixna li niġu dikjarati ġusti permezz taʼ Kristu,+ ġejna wkoll misjubin midinbin,+ hu Kristu fir-​realtà l-​ministru tad-​dnub?+ Jalla qatt ma jkun dan! 18  Għax jekk nerġaʼ nibni dak li nkun ġarraft,+ nuri li jien midneb.+ 19  Ngħid għalija, permezz tal-​liġi mitt għal-​liġi+ biex nieħu l-​ħajja għal Alla.+ 20  Jien imsammar maʼ zokk flimkien maʼ Kristu.+ M’huwiex iktar jien li ngħix,+ imma Kristu li qed jgħix f’unjoni miegħi.+ Tabilħaqq, il-​ħajja li qed ngħix+ issa fil-​laħam ngħixha bil-​fidi fl-​Iben t’Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija.+ 21  Jien ma nwarrabx il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ għax jekk il-​ġustizzja tiġi permezz tal-​liġi,+ mela Kristu miet għalxejn.+

Noti taʼ taħt