Galatin 1:1-24

1  Pawlu,+ appostlu,+ mhux mill-​bnedmin jew permezz taʼ xi bniedem, imma permezz taʼ Ġesù Kristu+ u Alla l-​Missier,+ li qajmu mill-​imwiet,+  u l-​aħwa kollha li hawn miegħi,+ lill-​kongregazzjonijiet tal-​Galazja:*+  Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.  Dan ta lilu nnifsu għal dnubietna+ biex jeħlisna minn din is-​sistema+ mill-​agħar skond ir-​rieda+ t’Alla tagħna u Missierna,  li lilu tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.  Nistagħġeb li qed titwarrbu daqshekk malajr minn Dak+ li sejħilkom bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ taʼ Kristu u dduru lejn xorta oħra t’aħbar tajba.+  Imma din m’hijiex aħbar tajba oħra; biss hemm xi wħud li qed joħolqulkom l-​inkwiet+ u jridu jgħawġu l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu.+  Madankollu, anki jekk aħna jew xi anġlu mis-​sema kellu jxandrilkom bħala aħbar tajba xi ħaġa differenti minn dak li xandarnielkom bħala aħbar tajba, ħa jkun misħut.+  Bħalma għedna hawn fuq, issa nerġaʼ ngħid ukoll, Hu min hu li qed ixandrilkom bħala aħbar tajba xi ħaġa differenti minn dak li aċċettajtu,+ ħa jkun misħut. 10  Fil-fatt, lill-​bnedmin qed nipprova nipperswadi issa jew lil Alla? Jew qed infittex li nogħġob lill-​bnedmin?+ Kieku kont għadni qed nogħġob lill-​bnedmin,+ ma kontx inkun l-​ilsir taʼ Kristu.+ 11  Għax, ħuti, navżakom li l-​aħbar tajba li xandart bħala aħbar tajba mhix xi ħaġa tal-​bniedem;+ 12  għax la rċivejtha u lanqas tgħallimtha mingħand xi bniedem, imma rċivejtha u tgħallimtha permezz taʼ rivelazzjoni minn Ġesù Kristu.+ 13  Naturalment, smajtu kif kienet qabel il-​kondotta tiegħi fil-​Ġudaiżmu,+ li kont nippersegwita+ b’mod estrem lill-​kongregazzjoni t’Alla u nħarbatha,+ 14  u kont qed nagħmel iktar progress fil-​Ġudaiżmu minn ħafna taʼ mpari fir-​razza tiegħi,+ għax kont ferm iktar żeluż+ għat-​tradizzjonijiet+ taʼ missirijieti. 15  Imma meta Alla, li firidni minn ġuf ommi u sejjaħli+ permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu,+ ra li kien tajjeb 16  li jirrivela lil Ibnu permezz tiegħi,+ sabiex inxandar l-​aħbar tajba dwaru lill-​ġnus,+ jien ma mortx nikkonsulta minnufih maʼ bnedmin tad-​demm u l-​laħam.+ 17  Lanqas ma tlajt Ġerusalemm għand dawk li kienu appostli qabli,+ imma tlaqt lejn l-​Għarabja, u rġajt lura lejn Damasku.+ 18  Imbagħad, tliet snin wara, tlajt Ġerusalemm+ biex inżur lil Kefa,+ u qgħadt miegħu ħmistax-il ġurnata. 19  Imma ma rajt lil ħadd iktar mill-​appostli, ħlief lil Ġakbu+ ħu+ l-​Mulej. 20  Issa dwar dan li qed niktbilkom, ara, quddiem Alla, m’iniex qed nigdeb.+ 21  Wara dan mort+ fir-​reġjuni tas-​Sirja u taċ-​Ċiliċja. 22  Imma l-​kongregazzjonijiet tal-​Lhudija li kienu f’unjoni maʼ Kristu ma kinux jafuni minn wiċċi;+ 23  kienu semgħu biss: “Dak li qabel kien jippersegwitana,+ issa qed ixandar l-​aħbar tajba dwar il-​fidi li qabel kien iħarbat.”+ 24  Għalhekk, bdew jigglorifikaw+ lil Alla minħabba fija.

Noti taʼ taħt

Il-provinċja Rumana li kienet tokkupa l-​parti ċentrali taʼ dik li issa hi magħrufa bħala l-​Asja Minuri.