Filippin 4:1-23

4  Għaldaqstant, ħuti maħbubin u mixtiqin, il-​ferħ u l-​kuruna tiegħi,+ żommu sod+ b’dan il-​mod fil-​Mulej, maħbubin tiegħi.  Inħeġġeġ lil Evodja u nħeġġeġ lil Sintike biex ikunu taʼ l-​istess fehma+ fil-​Mulej.  Iva, nitolbok biex anki int, sieħbi ġenwin fil-​madmad,+ tibqaʼ tgħin lil dawn in-​nisa li tħabtu spalla maʼ spalla miegħi+ fl-​aħbar tajba flimkien maʼ Klement kif ukoll mal-​bqija tal-​ħaddiema sħabi,+ li isimhom+ qiegħed fil-​ktieb tal-​ħajja.+  Ifirħu dejjem fil-​Mulej.+ Nerġaʼ ngħidilkom, Ifirħu!+  Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.+ Il-​Mulej hu qrib.+  Tkunu ansjużi fuq xejn,+ imma f’kollox b’talb u b’suppliki*+ flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu;+  u l-​paċi+ t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom+ u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.  Mill-bqija, ħuti, kulma hu veru, kulma hu serju, kulma hu ġust, kulma hu safi,+ kulma jqanqal l-​imħabba, kulma hu taʼ fama tajba, kull virtù, u kull ħaġa li jistħoqqilha tifħir, fuq dawn l-​affarijiet komplu aħsbu.+  L-affarijiet li tgħallimtu kif ukoll aċċettajtu u smajtu mingħandi u dak kollu li rajtu fija, ipprattikawhom;+ u l-​Alla tal-​paċi+ jkun magħkom. 10  Jien nifraħ ħafna fil-​Mulej li issa fl-​aħħar erġajtu ħadtu ħsiebi,+ għax naf li kontu qed taħsbu dwar dan, imma ma kellkomx l-​opportunità. 11  M’iniex ngħid li jonqosni xi ħaġa, għax tgħallimt inkun kuntent b’dak li jkolli f’kull ċirkustanza li nsib ruħi fiha.+ 12  Naf tassew kif ikolli ftit,+ u naf ukoll kif ikolli ħafna. F’kollox u f’kull ċirkustanza tgħallimt is-​sigriet taʼ kif inkun xebgħan u kif inkun bil-​ġuħ, kif ikolli bl-​abbundanza u kif inkun fil-​bżonn.+ 13  Għal kollox għandi s-​saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-​qawwa.+ 14  Minkejja dan, għamiltu sew li ħadtu sehem miegħi+ fit-​tribulazzjoni tiegħi.+ 15  Fil-fatt, intom tafu wkoll, Filippin, li meta bdejt niddikjara l-​aħbar tajba, meta tlaqt mill-​Maċedonja,* l-​ebda kongregazzjoni oħra ħliefkom ma ħadet sehem miegħi biex tagħti u tieħu;+ 16  għax, anki f’Tessalonika, bgħattuli xi ħaġa għall-​bżonn tiegħi mhux darba imma darbtejn. 17  Mhux għax jien ħerqan biex naqlaʼ xi ħaġa,+ imma ħerqan għall-​frott+ li jżid l-​investiment mal-​kont tagħkom. 18  Madankollu, għandi minn kollox u bl-​abbundanza. Għandi bix-​xabaʼ, issa li rċivejt mingħand Epafroditu+ l-​affarijiet li bgħattuli, riħa tfuħ,+ sagrifiċċju aċċettabbli,+ li jogħġob lil Alla. 19  Mill-banda l-​oħra, Alla tiegħi+ se jipprovdilkom bis-​sħiħ kulma għandkom bżonn+ fi qbil mar-​rikkezzi tiegħu+ fil-​glorja permezz taʼ Kristu Ġesù. 20  Issa lil Alla tagħna u Missierna tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen. 21  Selluli+ għal kull qaddis li hu f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù. L-​aħwa li hawn miegħi jibagħtulkom it-​tislijiet tagħhom. 22  Il-qaddisin kollha, imma speċjalment dawk tad-​dar taʼ Ċesari, jibagħtu jsellu għalikom.+ 23  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-​ispirtu li turu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “talb bil-​ħerqa.”
Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.