Filippin 3:1-21

3  Fl-aħħarnett, ħuti, komplu ifirħu fil-​Mulej.+ M’huwiex taʼ dwejjaq għalija li niktbilkom l-​istess affarijiet, imma hu taʼ protezzjoni għalikom.  Oqogħdu attenti mill-​klieb,+ oqogħdu attenti minn dawk li jagħmlu l-​ħsara, oqogħdu attenti minn dawk li jqattgħu l-​ġisem.+  Għax aħna dawk li għandhom iċ-​ċirkonċiżjoni vera,+ li qed nagħtu servizz sagru bl-​ispirtu+ t’Alla u li aħna kburin bi Kristu Ġesù+ u m’għandniex il-​fiduċja tagħna fil-​laħam,+  għalkemm, jekk hemm xi ħadd li għandu għalxiex ikollu fiduċja wkoll fil-​laħam, dan huwa jien. Jekk xi bniedem ieħor jaħseb li għandu għalxiex ikollu fiduċja fil-​laħam, jien iktar minnu:+  ċirkonċiż fit-​tmien jum,+ imnissel mir-​razza taʼ Israel, mit-​tribù taʼ Benjamin,+ imwieled Ebrew minn ġenituri Ebrej;+ inkwantu għal-​liġi, Fariżew;+  inkwantu għaż-​żelu, kont nippersegwita lill-​kongregazzjoni;+ inkwantu għall-​ġustizzja li hi permezz tal-​liġi, urejt bil-​provi li kont bla ħtija.  Iżda l-​affarijiet li kienu qligħ għalija, qisthom bħala telf minħabba l-​Kristu.+  Mhux talli hekk, imma talli jien tabilħaqq inqis ukoll kollox bħala telf minħabba l-​valur imprezzabbli taʼ l-​għarfien dwar Kristu Ġesù l-​Mulej tiegħi.+ Minħabba fih aċċettajt li nitlef l-​affarijiet kollha u nqishom bħala qabda skart,+ sabiex nirbaħ lil Kristu  u nkun f’unjoni miegħu, u ma jkollix il-​ġustizzja tiegħi li tiġi mil-​liġi,+ imma l-​ġustizzja permezz tal-​fidi+ fi Kristu, dik li tiġi mingħand Alla permezz tal-​fidi,+ 10  biex insir naf lilu u l-​qawwa taʼ l-​irxoxt tiegħu+ u naqsam fit-​tbatijiet tiegħu,+ u noqgħod għal mewta bħal tiegħu,+ 11  biex nara jekk b’xi mod nistax inkun fost dawk li se jiġu rxoxtati+ minn taʼ l-​ewwel. 12  Mhux għax diġà rċivejtu jew diġà ntgħamilt perfett,+ imma qed infittex+ biex nara jekk nistax ukoll nikseb+ dak li għalih jien ukoll kont miksub+ minn Kristu Ġesù. 13  Ħuti, jien ma nqisnix li diġà ksibtu; imma ħaġa nistaʼ ngħid: Waqt li ninsa l-​affarijiet taʼ warajja+ u niġġebbed biex nilħaq l-​affarijiet li hemm quddiemi,+ 14  qed niġri lejn il-​mira+ għall-​premju+ tas-​sejħa+ t’Alla għal hemm fuq permezz taʼ Kristu Ġesù. 15  Mela ejjew, dawk fostna li huma maturi,+ ħa jkollna din l-​attitudni mentali;+ u jekk intom b’xi mod taħsbuha differenti, Alla se jirrivelalkom l-​attitudni xierqa. 16  Għalhekk, għamilna kemm għamilna progress, ejjew inkomplu mexjin bl-​ordni+ b’din l-​istess rutina. 17  Ħuti, imitaw+ lili intom ilkoll u żommu quddiem għajnejkom lil dawk li mexjin skond l-​eżempju li tajniekom.+ 18  Għax hemm ħafna, li kont insemmihom spiss imma li issa nsemmihom ukoll bil-​biki, li qed jimxu bħala l-​għedewwa taz-​zokk tat-​tortura tal-​Kristu,+ 19  u tmiemhom hu l-​qerda,+ u l-​alla tagħhom hu żaqqhom,+ u l-​glorja tagħhom tinsab fl-​għajb tagħhom,+ u moħħhom fl-​affarijiet taʼ l-​art.+ 20  Iżda aħna għandna ċ-​ċittadinanza tagħna+ fis-​smewwiet,+ minfejn ukoll qed nistennew bil-​ħerqa+ salvatur, il-​Mulej Ġesù Kristu,+ 21  li se jbiddlilna ġisimna+ mill-​istat umiljat li jinsab fih biex isir jixbah lill-​ġisem glorjuż tiegħu+ skond il-​ħidma+ tal-​qawwa li għandu, saħansitra li jissuġġetta+ kollox għalih.

Noti taʼ taħt