Filippin 1:1-30

1  Pawlu u Timotju, ilsiera+ taʼ Kristu Ġesù, lill-​qaddisin kollha li hemm f’Filippi+ u li huma f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, flimkien maʼ l-​indokraturi u l-​qaddejja ministerjali:+  Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+  Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi kulmeta niftakar fikom+  u nitlob bil-​ħerqa għalikom ilkoll,+ waqt li noffri t-​talb tiegħi bil-​ferħ,  minħabba l-​kontribut+ li tajtu għall-​aħbar tajba mill-​ewwel jum s’issa.  Għax jien fiduċjuż dwar dan, li dak li beda xogħol tajjeb fikom se jtemmu+ sal-​jum+ taʼ Ġesù Kristu.  Hu tassew xieraq li naħseb dan dwarkom ilkoll, minħabba li qegħdin ġo qalbi,+ għax ilkoll taqsmu+ miegħi mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa. Dan hu minnu kemm fl-​irbit tiegħi fil-​ħabs+ u kemm biex niddefendi+ u nistabbilixxi legalment+ l-​aħbar tajba.  Għax Alla hu x-​xhud tiegħi taʼ kemm għandi xenqa kbira għalikom ilkoll bl-​affezzjoni tenera+ bħalma għandu Kristu Ġesù.  U dan inkompli nitlob, li mħabbitkom tikber u toktor+ dejjem iżjed b’għarfien eżatt+ u dixxerniment sħiħ;+ 10  sabiex tkunu tistgħu taċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti,+ u b’hekk tkunu bla difett+ u ma tfixklux+ lil oħrajn sal-​jum taʼ Kristu, 11  u timtlew bi frott ġust,+ li hu permezz taʼ Ġesù Kristu, għall-​glorja u t-​tifħir t’Alla.+ 12  Issa nixtieqkom tkunu tafu, ħuti, li dak li ġrali rriżulta fl-​avanz taʼ l-​aħbar tajba+ minflok il-​kontra, 13  għax l-​irbit tiegħi+ fi sħubija maʼ Kristu sar jaf bih kulħadd+ fost il-​Gwardja Pretorjana u l-​oħrajn kollha;+ 14  u l-​biċċa l-​kbira mill-​aħwa fil-​Mulej, billi jħossuhom fiduċjużi minħabba l-​irbit tiegħi fil-​ħabs, qed juru iktar u iktar kuraġġ biex jitkellmu l-​kelma t’Alla bla biżaʼ.+ 15  Veru, xi wħud qed jippridkaw il-​Kristu b’għira u rivalità,+ imma oħrajn qed jippridkawh b’rieda tajba.+ 16  Dawn taʼ l-​aħħar qed ixandru l-​Kristu mqanqlin mill-​imħabba, għax jafu li jien qiegħed hawn biex niddefendi+ l-​aħbar tajba; 17  imma dawk taʼ l-​ewwel jagħmlu dan bi spirtu taʼ ġlied,+ mhux b’motiv pur, għax għandhom f’moħħhom li jaqilgħuli t-​tribulazzjoni+ fl-​irbit tiegħi fil-​ħabs. 18  B’daqshekk x’ġara? Xejn, ħlief li b’kull mod, sew jekk bi pretenzjoni+ u sew jekk b’verità, Kristu qed jixxandar,+ u b’dan jien nifraħ. Iva, u se nkompli nifraħ, 19  għax naf li dan se jwassal għas-​salvazzjoni tiegħi permezz tat-​talb bil-​ħerqa tagħkom+ u taʼ l-​ispirtu taʼ Ġesù Kristu li jingħatali.+ 20  Dan hu fi qbil maʼ l-​istennija ħerqana+ u t-​tama tiegħi+ li ma jkolli xejn minn xiex nistħi,+ imma bil-​libertà kollha tal-​kelma,+ Kristu, bħalma dejjem kien, hekk ukoll issa se jkun imfaħħar bil-​kbir permezz taʼ ġismi,+ sew jekk ngħix u sew jekk immut.+ 21  Għax fil-​każ tiegħi li ngħix hu Kristu,+ u li mmut,+ gwadann. 22  Issa, jekk għandi nibqaʼ ngħix fil-​laħam, dan ikun ifisser li jien nibqaʼ nagħmel il-​frott f’xogħli+—iżda x’se nagħżel ma nurix. 23  Qed inħossni magħsur bejn dawn iż-​żewġ affarijiet;+ imma dak li tassew nixtieq hu l-​ħelsien u li nkun maʼ Kristu,+ għax dan żgur hu ferm aħjar.+ 24  Madankollu, għalija li nibqaʼ fil-​laħam hu iktar neċessarju minħabba fikom.+ 25  Mela, billi jien fiduċjuż dwar dan, naf li se nibqaʼ+ u ngħammar magħkom ilkoll għall-​avanz+ u għall-​ferħ tal-​fidi tagħkom, 26  sabiex tkunu tistgħu tifirħu ferm iktar fi Kristu Ġesù permezz tal-​preżenza tiegħi magħkom. 27  Biss ġibu ruħkom kif jixraq+ lill-​aħbar tajba dwar il-​Kristu, sabiex, kemm jekk niġi narakom u kemm jekk ma niġix, inkun nistaʼ nismaʼ dwarkom li qed iżżommu sod fi spirtu wieħed, u li b’ruħ waħda+ qed tistinkaw spalla maʼ spalla għall-​fidi taʼ l-​aħbar tajba, 28  u bl-​ebda mod ma tibżgħu minn dawk li jopponukom.+ Dan ikun turija taʼ qerda għalihom, imma taʼ salvazzjoni għalikom;+ u din l-​indikazzjoni ġejja minn Alla, 29  għaliex lilkom ngħata l-​privileġġ għan-​nom taʼ Kristu, mhux biss biex tpoġġu l-​fidi tagħkom+ fih, imma wkoll biex issofru+ għalih. 30  Għax intom għandkom l-​istess taqbida bħalma rajtu fil-​każ tiegħi+ u bħalma issa qed tisimgħu li jien għaddej minnha.+

Noti taʼ taħt