Filemon 1:1-25

 Pawlu, priġunier+ għal Kristu Ġesù, u Timotju,+ ħuna, lil Filemon,* il-​maħbub tagħna u ħaddiem seħibna,+  u lil Appja, oħtna, u lil Arkippu,+ suldat seħibna,+ u lill-​kongregazzjoni li hemm f’darek:+  Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+  Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi meta nsemmik fit-​talb,+  għax nismaʼ kontinwament dwar il-​fidi u l-​imħabba li għandek lejn il-​Mulej Ġesù u lejn il-​qaddisin kollha;+  sabiex tkun attiv u taqsam il-​fidi tiegħek+ m’oħrajn waqt li tirrikonoxxi kull ħaġa tajba li għandna minħabba Kristu.  Għax jien fraħt u tfarraġt ħafna bl-​imħabba tiegħek,+ peress li l-​qlub* tal-​qaddisin sabu s-​serħan+ permezz tiegħek, ħija.  Għalhekk, għalkemm għandi libertà kbira tal-​kelma fi Kristu biex nordnalek+ tagħmel dak li hu xieraq,  qed inħeġġek pjuttost f’ġieħ l-​imħabba,+ meta tqis min jien, Pawlu, raġel imdaħħal fiż-​żmien, iva, issa wkoll priġunier+ għal Kristu Ġesù; 10  qed inħeġġek dwar ibni,+ li sirt missieru+ waqt li kont marbut il-​ħabs, dwar Oneżimu,*+ 11  li qabel ma kienx utli għalik imma issa utli għalik u għalija.+ 12  Lil dan qed nibgħathulek lura, iva, lilu, li lejh għandi affezzjoni tenera.*+ 13  Kieku nixtieq inżommu miegħi, biex ikompli jaqdini minflokok+ fl-​irbit+ tal-​ħabs li qed nissaporti għall-​aħbar tajba. 14  Imma mingħajr il-​kunsens tiegħek ma rrid nagħmel xejn, sabiex l-​att tajjeb tiegħek ma jkunx qisu taʼ bilfors imma jkun minn jeddek.+ 15  Tassew, forsi kien minħabba f’hekk li telaq għal ftit, biex tieħdu lura għal dejjem, 16  mhux iktar bħala lsir+ imma bħala xi ħadd iktar minn ilsir,+ bħala ħu maħbub,+ speċjalment għalija, iżda kemm iktar għalik sew fiżikament u sew fil-​Mulej. 17  Għalhekk, jekk tqisni bħala msieħeb,+ ilqgħu+ b’qalb tajba bħallikieku qed tilqaʼ lili. 18  Iktar minn hekk, jekk naqsek jew għandu jagħtik xi ħaġa, għoddha mal-​kont tiegħi. 19  Jien, Pawlu, qed nikteb b’idi stess:+ Irroddu lura—biex ma ngħidlekx li, minbarra dan, int għandek tagħtini saħansitra lilek innifsek. 20  Iva, ħija, jalla nikseb profitt mingħandek fil-​Mulej: serraħli qalbi+ fi Kristu. 21  Qed niktiblek għax jien fiduċjuż li se tilqaʼ t-​talba tiegħi u naf li se tagħmel saħansitra iktar minn dak li qed ngħidlek.+ 22  U fl-​istess ħin, lestili wkoll fejn noqgħod,+ għax qed nittama li permezz tat-​talb+ tagħkom ningħata l-​libertà+ għalikom. 23  Jibgħat iselli għalik Epafra,+ priġunier sieħbi f’unjoni maʼ Kristu, 24  kif ukoll Marku, Aristarku,+ Dema,+ Luqa, ħaddiema sħabi. 25  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-​ispirtu li turu.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed li Jħobb.”
Jew, “l-​affezzjonijiet teneri.” Letteralment, “l-​imsaren,” li jirreferu għall-​emozzjonijiet ġewwinin u profondi.
Ifisser “Taʼ Profitt.”
Ara vers 7, in-​nota taʼ taħt.