Ester 9:1-32

9  U fit-​tnax-il xahar, jiġifieri, ix-​xahar t’Adar,+ fit-​tlettax-il jum tiegħu, meta l-​kelma u l-​liġi tas-​sultan kienu waslu biex jitwettqu,+ fil-​jum li l-​għedewwa tal-​Lhud kienu stennew sabiex jiddominawhom, ġara bil-​kontra, jiġifieri, il-​Lhud infushom iddominaw lil dawk li kienu jobogħduhom.+  Il-Lhud inġabru+ fil-​bliet tagħhom fil-​provinċji kollha tas-​Sultan Aħasweru+ biex imiddu idejhom fuq dawk li kienu qed jipprovaw jagħmlulhom il-​ħsara,+ u ħadd ma kellu l-​kuraġġ jiqfilhom, għax il-​popli kollha beżgħu+ mil-​Lhud.  U l-​prinċpijiet+ kollha tal-​provinċji u s-​satrapi*+ u l-​gvernaturi u dawk li jagħmlu x-​xogħol+ tas-​sultan kienu qed jgħinu lil-​Lhud, għax beżgħu+ minn Mordekaj.  Għax Mordekaj kien kbir+ fid-​dar tas-​sultan u l-​fama+ tiegħu kienet qed tixtered mal-​provinċji kollha, għax Mordekaj kien qed ikompli jżid fil-​kobor tiegħu.+  U l-​Lhud ħabtu għall-​għedewwa kollha tagħhom billi biċċruhom bis-​sejf+ u qatluhom u qerduhom, u lil dawk li kienu jobogħduhom għamlulhom kif għoġobhom.+  U fil-​kastell taʼ Susan,+ il-​Lhud qatlu u qerdu ħames mitt raġel.  Barra minn hekk, qatlu lil Parsandata, Dalfon, Asfata,  Porata, Adalja, Aridata,  Parmasta, Arisaj, Aridaj, u Vajżata, 10  l-għaxar ulied subien+ taʼ Ħaman+ bin Ħammedata, l-​għadu tal-​Lhud;+ imma ġidhom+ ma messewhx. 11  Dakinhar is-​sultan sar jaf l-​għadd taʼ dawk li nqatlu fil-​kastell taʼ Susan. 12  U s-​sultan qal lis-​Sultana Ester:+ “Fil-​kastell taʼ Susan,+ il-​Lhud qatlu u qerdu ħames mitt raġel u lill-​għaxar ulied taʼ Ħaman. X’għamlu fil-​bqija tal-​provinċji+ tas-​sultan?+ U int x’qed titlob? U jingħatalek!+ Xi trid li jsir iktar?+ U jsir!” 13  Għalhekk, Ester qalet: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ ħa jippermetti li għada l-​Lhud li hawn f’Susan jerġgħu jagħmlu skond il-​liġi taʼ llum;+ u ħa jdendlu maz-​zokk+ lill-​għaxar ulied taʼ Ħaman.” 14  Għaldaqstant, is-​sultan qal biex isir hekk.+ Imbagħad ħarġet liġi f’Susan, u l-​għaxar ulied taʼ Ħaman ġew imdendlin maz-​zokk. 15  U l-​Lhud li kienu f’Susan reġgħu nġabru fl-​erbatax-il+ jum tax-​xahar t’Adar, u f’Susan qatlu tliet mitt raġel; imma ġidhom ma messewhx.+ 16  Il-bqija tal-​Lhud li kienu fil-​provinċji+ tas-​sultan inġabru u ddefendew ruħhom+ u tħallsu+ mill-​għedewwa tagħhom. Qatlu ħamsa u sebgħin elf minn dawk li kienu jobogħduhom; imma ġidhom ma messewhx. 17  Dan ġara fit-​tlettax-il jum tax-​xahar t’Adar; u straħu fl-​erbatax-il jum tiegħu, u dakinhar għamluh jum taʼ ikla kbira+ u ferħ.+ 18  U l-​Lhud li kienu f’Susan inġabru fit-​tlettax-il+ jum tax-​xahar u fl-​erbatax-il jum tiegħu, u straħu fil-​ħmistax-il jum tiegħu, u dakinhar għamluh jum taʼ ikla kbira u ferħ.+ 19  Kien għalhekk li l-​Lhud, li kienu joqogħdu fil-​bliet rurali barra l-​belt kapitali, kienu qed jagħmlu l-​erbatax-il jum tax-​xahar t’Adar+ wieħed taʼ ferħ,+ ikla kbira u jum hieni+ li fih jibagħtu lil xulxin porzjonijiet+ taʼ ikel. 20  U Mordekaj+ kiteb dawn l-​affarijiet u bagħat dokumenti miktubin lil-​Lhud kollha f’kull provinċja+ tas-​Sultan Aħasweru, dawk viċin u dawk ’il bogħod, 21  biex jimponi fuqhom l-​obbligu+ li jħarsu regolarment l-​erbatax-il jum tax-​xahar t’Adar u l-​ħmistax-il jum tiegħu kull sena. 22  Dan kien skond il-​jiem li fihom il-​Lhud straħu mill-​għedewwa+ tagħhom u x-​xahar li għalihom inbidel minn swied taʼ qalb għal ferħ u minn niket+ għal jum hieni. Kellhom iħarsuhom bħala ġranet taʼ ikla kbira u ferħ, li fihom jibagħtu porzjonijiet taʼ ikel lil xulxin+ u rigali lill-​foqra.+ 23  U l-​Lhud aċċettaw dak li kienu bdew jagħmlu u dak li kien kitbilhom Mordekaj. 24  Għax Ħaman+ bin Ħammedata,+ l-​Agagi,+ l-​għadu+ tal-​Lhud kollha, kien fassal pjan kontra l-​Lhud sabiex jeqridhom,+ u kien tefaʼ l-​Pur,+ jiġifieri, ix-​Xorti,+ biex jaqlgħalhom l-​inkwiet u jeqridhom. 25  Imma meta Ester daħlet għand is-​sultan, hu qal permezz taʼ dokument miktub:+ “Ħalli l-​pjan+ li fassal kontra l-​Lhud jiġi lura fuqu”;+ u hu u wliedu ġew imdendlin maz-​zokk.+ 26  Kien għalhekk li sejħu dawn il-​jiem Purim, mill-​isem tal-​Pur.+ U kien għalhekk li, skond il-​kliem kollu taʼ din l-​ittra+ u dak li kienu raw b’konnessjoni maʼ dan u dak li kien ġralhom, 27  il-Lhud aċċettaw u imponew obbligu fuqhom infushom u fuq uliedhom u fuq dawk kollha li ngħaqdu magħhom.+ Dan l-​obbligu, li ma kellux jitneħħa, kien li jħarsu regolarment dawn il-​jumejn skond dak li nkiteb dwarhom u skond iż-​żmien stabbilit għalihom kull sena. 28  U dawn il-​jiem kellhom jiġu mfakkrin u mħarsin minn kull ġenerazzjoni, kull familja, kull provinċja u kull belt, u dawn il-​jiem tal-​Purim ma kellhomx jitneħħew minn fost il-​Lhud u t-​tifkira+ tagħhom ma kellhiex tintemm minn fost nisilhom. 29  U s-​Sultana Ester, bint Abiħajl,+ u Mordekaj il-​Lhudi kitbu b’saħħa kbira biex jikkonfermaw din it-​tieni ittra rigward il-​Purim. 30  Imbagħad hu bagħat dokumenti miktubin lil-​Lhud kollha fil-​mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ ir-​renju t’Aħasweru,+ bi kliem taʼ paċi u verità.+ 31  Fihom ġie konfermat iż-​żmien stabbilit taʼ dawn il-​jiem tal-​Purim, is-​sawm+ u l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna,+ bħalma kienu imponew fuqhom Mordekaj il-​Lhudi u s-​Sultana Ester, u bħalma kienu imponew+ fuqhom infushom u fuq uliedhom.+ 32  U l-​kliem t’Ester ikkonferma dawn l-​affarijiet tal-​Purim,+ u kien miktub fi ktieb.

Noti taʼ taħt

Ara Esd 8:36, in-​nota taʼ taħt.