Ester 8:1-17

8  Dakinhar is-​Sultan Aħasweru ta lis-​Sultana Ester id-​dar taʼ Ħaman,+ li kien l-​għadu tal-​Lhud;+ u Mordekaj daħal għand is-​sultan, għaliex Ester kienet qalet x’kien jiġi minnha.+  Imbagħad is-​sultan neħħa ċ-​ċurkett tas-​siġill+ tiegħu li kien ħa mingħand Ħaman u tah lil Mordekaj; u Ester qiegħdet lil Mordekaj fuq id-​dar taʼ Ħaman.+  Iżjed minn hekk, Ester reġgħet tkellmet quddiem is-​sultan u nxteħtet f’riġlejh tibki u titolbu+ juri ħniena biex ineħħi l-​ħażen+ taʼ Ħaman l-​Agagi u l-​pjan+ li kien fassal kontra l-​Lhud.+  Imbagħad is-​sultan medd ix-​xettru tad-​deheb+ lejn Ester, u Ester qamet bil-​wieqfa quddiem is-​sultan.  U qalet: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb, u jekk għoġobtu+ u huwa xieraq għas-​sultan u jien tajba f’għajnejh, ħa jkun miktub li jitħassru d-​dokumenti miktubin,+ il-​pjan li Ħaman bin Ħammedata l-​Agagi+ kiteb biex jeqred lil-​Lhud+ fil-​provinċji kollha tas-​sultan.+  Għax, kif nistaʼ nara l-​gwaj li ġej fuq il-​poplu tiegħi u l-​qerda taʼ qrabati u ma nagħmel xejn?”  Għalhekk, is-​Sultan Aħasweru qal lis-​Sultana Ester u lil Mordekaj il-​Lhudi: “Ara! Dar Ħaman tajtha lil Ester,+ u lilu diġà dendluh maz-​zokk,+ minħabba li medd idu kontra l-​Lhud.  Issa iktbu għan-​nom tal-​Lhud skond kif jidhrilkom li hu tajjeb f’għajnejkom f’isem+ is-​sultan u mmarkawh biċ-​ċurkett tas-​siġill tas-​sultan; għax dak li jinkiteb f’isem is-​sultan u jiġi mmarkat biċ-​ċurkett tas-​siġill tas-​sultan ma jistax jitħassar.”+  Għaldaqstant issejħu s-​segretarji+ tas-​sultan dak il-​ħin fit-​tielet xahar, jiġifieri, fix-​xahar taʼ Siwan, fit-​tlieta u għoxrin jum tiegħu; u nkiteb dak kollu li Mordekaj ikkmanda lil-​Lhud u lis-​satrapi*+ u lill-​gvernaturi u lill-​prinċpijiet tal-​provinċji mill-​Indja sa l-​Etjopja, mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ lil kull provinċja skond il-​kitba+ tagħha u lil kull poplu bl-​ilsien+ tiegħu, u lil-​Lhud skond il-​kitba tagħhom u bl-​ilsien tagħhom.+ 10  U d-​dokumenti kitibhom f’isem is-​Sultan+ Aħasweru u mmarkahom+ biċ-​ċurkett tas-​siġill+ tas-​sultan u bagħathom permezz tal-​messaġġiera+ rekbin żwiemel li jġorru l-​posta—żwiemel tal-​ġiri użati fis-​servizz tas-​sultan. 11  Fihom inkiteb li s-​sultan jippermetti lil-​Lhud fil-​bliet differenti kollha biex jinġabru+ u jiddefendu ruħhom, ħalli jġibu fix-​xejn u joqtlu u jeqirdu lin-​nies armati taʼ kull poplu+ u provinċja li kienu għedewwa tagħhom, kif ukoll lit-​tfal u lin-​nisa, u jaħtfulhom ġidhom.+ 12  Dan kellu jsir f’ġurnata waħda+ fil-​provinċji kollha tas-​Sultan Aħasweru, fit-​tlettax-il jum+ tat-​tnax-il xahar, jiġifieri, ix-​xahar t’Adar.+ 13  Kopja+ tal-​kitba kellha tingħata bħala liġi fil-​provinċji differenti kollha u titqassam lill-​popli kollha, sabiex il-​Lhud iħejju ruħhom għal dan il-​jum ħalli jitħallsu+ mill-​għedewwa tagħhom. 14  Il-messaġġiera,+ rekbin żwiemel li jġorru l-​posta għas-​servizz irjali, ħarġu u bdew iħaffu u jgħaġġlu+ minħabba l-​kelma tas-​sultan; u din il-​liġi ngħatat ukoll fil-​kastell taʼ Susan.+ 15  U Mordekaj ħareġ minn quddiem is-​sultan bi lbies irjali+ taʼ materjal blu u għażel, b’kuruna kbira tad-​deheb, u mantar taʼ drapp fin,+ jiġifieri, taʼ suf miżbugħ vjola ħamrani.+ U l-​belt taʼ Susan infexxet fi twerżiq u ferħ kbir.+ 16  Għal-Lhud kien hemm dawl u hena+ u ferħ kbir u unur. 17  U fil-​provinċji differenti kollha u fil-​bliet differenti kollha kulfejn kienu qed jaslu l-​kelma u l-​liġi tas-​sultan kien hemm hena u ferħ kbir għal-​Lhud, ikla kbira+ u jum hieni; u ħafna min-​nies+ tal-​pajjiż kienu qed jiddikjaraw li huma Lhud,+ għax beżgħu+ mil-​Lhud.

Noti taʼ taħt

Ara Esd 8:36, in-​nota taʼ taħt.