Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ester 7:1-10

7  Imbagħad is-sultan u Ħaman+ ġew għall-ikla għand is-Sultana Ester.  Issa fit-tieni jum is-sultan reġaʼ qal lil Ester matul il-festa taʼ l-inbid:+ “X’inhu dak li qed titlob,+ O Sultana Ester? Ħa jingħatalek!+ Xi trid? Anki sa nofs is-saltna+ lest li nagħtik!”  Imbagħad is-Sultana Ester wieġbet u qalet: “Jekk għoġobtok, O sultan, u jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb, dak li qed nitlob u dak li rrid hu li jingħatawli ħajti+ u l-poplu tiegħi.+  Għax aħna ġejna mibjugħin,+ jien u l-poplu tiegħi biex ninġiebu fix-xejn, ninqatlu u ninqerdu.+ Issa kieku ġejna mibjugħin sempliċement bħala rġiel u nisa lsiera+ kont nibqaʼ siekta. Imma dan in-niket m’huwiex xieraq meta jkun bi ħsara għas-sultan.”  Fil-pront, is-Sultan Aħasweru tkellem u qal lis-Sultana Ester: “Min hu dan,+ u fejn hu dak li kellu l-wiċċ*+ jagħmel hekk?”  Imbagħad Ester qalet: “L-avversarju+ u l-għadu+ huwa dan ir-raġel ħażin Ħaman.” Ħaman, min-naħa tiegħu, twerwer+ minħabba s-sultan u s-sultana.  U s-sultan qam b’rabja+ mill-festa taʼ l-inbid biex imur fil-ġnien tal-palazz; u Ħaman qam ukoll biex jitlob lis-Sultana Ester għal ħajtu,+ għaliex ra li s-sultan kien qatagħha li jagħmillu l-ħsara.+  U s-sultan ġie lura mill-ġnien tal-palazz fid-dar fejn kienet qed issir il-festa taʼ l-inbid;+ u Ħaman kien mitfugħ fuq id-divan+ fejn kien hemm Ester. Għalhekk, is-sultan qal: “Se jistupra wkoll lis-sultana, waqt li hawn jien fid-dar?” Il-kelma ħarġet minn fomm is-sultan,+ u lil Ħaman għattewlu wiċċu.  Ħarbona,+ wieħed mill-uffiċjali+ tal-palazz li kienu quddiem is-sultan, issa qal: “Hemm ukoll iz-zokk+ li Ħaman għamel għal Mordekaj, li tkellem għall-ġid tas-sultan,+ wieqaf fid-dar taʼ Ħaman—għoli ħamsin kubitu.” Għal dan, is-sultan qal: “Morru dendluh miegħu.”+ 10  U dendlu lil Ħaman maz-zokk+ li hu kien lesta għal Mordekaj;+ u r-rabja tas-sultan birdet.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qalbu mtliet biex.”