Ester 6:1-14

6  Dak il-​lejl is-​sultan tarlu n-​ngħas.+ Għalhekk, qalilhom biex iġibulu ktieb it-​tifkiriet+ tal-​ġrajjiet taż-​żminijiet; u dawn inqraw quddiem is-​sultan.  Fl-aħħar instab miktub dak li Mordekaj kien irrapporta+ dwar Bigtan u Teres, żewġ uffiċjali+ fil-​palazz tas-​sultan, għassiesa tal-​bibien, li kienu pprovaw jagħmlu l-​ħsara lis-​Sultan Aħasweru.  Imbagħad is-​sultan qal: “Liema unur ngħata u liema ħaġa kbira saritlu lil Mordekaj għal dan?” Il-​qaddejja tas-​sultan, il-​ministri tiegħu, wieġbu u qalu: “Xejn ma sarlu.”+  Iktar tard is-​sultan qal: “Min hemm fil-​bitħa?” Issa Ħaman innifsu kien ġie fil-​bitħa+ taʼ barra taʼ dar is-​sultan biex jgħid lis-​sultan idendel lil Mordekaj maz-​zokk+ li kien lestielu.  Għaldaqstant il-​qaddejja tas-​sultan qalulu: “Hawn Ħaman+ wieqaf fil-​bitħa.” Allura s-​sultan qal: “Ħalluh jidħol.”  Meta Ħaman daħal, is-​sultan qallu: “X’għandu jsir lir-​raġel li s-​sultan jogħġbu jonorah?”+ Għal dan Ħaman qal f’qalbu: “Is-​sultan lil min jogħġbu jonora iktar minni?”+  Għalhekk Ħaman qal lis-​sultan: “Lir-​raġel li s-​sultan tgħaxxaq jonorah,  ħa jġibulu lbies irjali+ li jilbes is-​sultan stess u żiemel li jirkeb+ is-​sultan u li fuq rasu libbsulu l-​għata rjali.  U ħa jingħataw l-​ilbies u ż-​żiemel f’idejn wieħed mill-​prinċpijiet+ nobbli tas-​sultan; u lir-​raġel li s-​sultan tgħaxxaq jonorah għandhom ilibbsuh, irikkbuh iż-​żiemel fil-​pjazza+ tal-​belt,+ u jgħajtu quddiemu, ‘Hekk isir lir-​raġel li s-​sultan tgħaxxaq jonorah.’”+ 10  Minnufih is-​sultan qal lil Ħaman: “Iġri, ħu l-​ilbies u ż-​żiemel bħalma għedt, u agħmel hekk lil Mordekaj il-​Lhudi li qiegħed bil-​qiegħda f’bieb is-​sultan. Qis li ma jkun hemm xejn li ma jsirx minn kulma għedt.”+ 11  U Ħaman ħa l-​ilbies+ u ż-​żiemel u libbes lil Mordekaj+ u rikkbu ż-​żiemel fil-​pjazza+ tal-​belt u għajjat quddiemu:+ “Hekk isir lir-​raġel li s-​sultan tgħaxxaq jonorah.”+ 12  Wara dan, Mordekaj mar lura f’bieb is-​sultan.+ Min-​naħa tiegħu, Ħaman ħaffef lejn daru, imnikket u b’rasu mgħottija.+ 13  U Ħaman irrakkonta lil martu Żeres+ u lil ħbiebu kollha kulma kien ġralu. Meta semgħu dan, l-​għorrief+ tiegħu u martu Żeres qalulu: “Jekk Mordekaj li bdejt taqaʼ f’rovina quddiemu huwa min-​nisel Lhudi, m’int se tagħmel xejn kontrih, iżda int żgur taqaʼ f’rovina quddiemu.”+ 14  Waqt li kienu għadhom qed jitkellmu miegħu, waslu l-​uffiċjali tal-​palazz tas-​sultan u ħadu malajr+ lil Ħaman għall-​ikla kbira+ li kienet għamlet Ester.

Noti taʼ taħt