Ester 5:1-14

5  U ġara li fit-​tielet jum+ Ester libset l-​ilbies irjali.+ Imbagħad waqfet fil-​bitħa+ taʼ ġewwa taʼ dar is-​sultan faċċata taʼ dar is-​sultan. Sadanittant is-​sultan kien bil-​qiegħda fuq it-​tron irjali tiegħu fid-​dar irjali faċċata tad-​daħla tad-​dar.  U ġara li, malli s-​sultan ra lis-​Sultana Ester wieqfa fil-​bitħa, ħa pjaċir+ biha, u għalhekk is-​sultan medd ix-​xettru tad-​deheb+ li kellu f’idu lejn Ester. Imbagħad Ester resqet u messet ras ix-​xettru.  U s-​sultan qalilha: “X’għandek, O Sultana Ester, u xi trid?+ Anki sa nofs is-​saltna+ nagħtik!”  Imbagħad Ester qalet: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jiġi llum is-​sultan maʼ Ħaman+ għall-​ikla kbira+ li għamiltlu.”  Għaldaqstant is-​sultan qal: “Morru għidu lil Ħaman biex jagħmel malajr+ kif qalet Ester.” Iktar tard is-​sultan u Ħaman ġew għall-​ikla kbira li għamlet Ester.  Matul il-​festa taʼ l-​inbid is-​sultan qal lil Ester: “X’inhu dak li qed titlob?+ U jingħatalek! Xi trid? Anki sa nofs is-​saltna lest li nagħtik!”  Għal dan Ester wieġbet u qalet: “Li qed nitlob u li rrid hu dan,  Jekk għoġobt lis-​sultan,+ u jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb li jagħtini dak li rrid u jagħmel dak li nitlob, ħa jiġu għada s-​sultan u Ħaman għall-​ikla kbira li se nagħmlilhom, u għada nagħmel skond il-​kelma tas-​sultan.”+  Minħabba f’hekk, Ħaman dakinhar ħareġ kuntent+ u b’qalbu ferħana; imma malli lemaħ lil Mordekaj f’bieb is-​sultan+ u ra li dan ma qamx+ u ma trigħedx minħabba fih,+ Ħaman mill-​ewwel imtela bir-​rabja+ għal Mordekaj. 10  Madankollu, Ħaman ikkontrolla ruħu u daħal f’daru. Imbagħad bagħat isejjaħ lil ħbiebu u lil martu Żeres;+ 11  u Ħaman qagħad jgħidilhom bil-​glorja tar-​rikkezzi+ tiegħu u bil-​ħafna wlied+ li kellu. Qalilhom ukoll b’dak kollu li għamel is-​sultan biex jagħtih unur akbar u kif eżaltah fuq il-​prinċpijiet u l-​qaddejja tas-​sultan.+ 12  U Ħaman kompla jgħid: “Iżjed minn hekk, is-​Sultana Ester ma daħħlet lil ħadd ħliefi+ mas-​sultan għall-​ikla kbira li għamlet, u għada+ rġajt mistieden għandha mas-​sultan. 13  Imma minkejja dan kollu, m’iniex kuntent sakemm nibqaʼ nara lil Mordekaj il-​Lhudi bil-​qiegħda f’bieb is-​sultan.” 14  Għal dan, martu Żeres u ħbiebu kollha qalulu: “Ħa jagħmlu zokk+ għoli ħamsin kubitu. U fil-​għodu+ għid lis-​sultan li għandhom idendlu lil Mordekaj maz-​zokk.+ Imbagħad mur ferħan mas-​sultan għall-​ikla.” U din il-​ħaġa għoġbitu+ lil Ħaman, u ħa ħsieb li jitlesta z-​zokk.+

Noti taʼ taħt