Ester 4:1-17

4  U meta Mordekaj+ sar jaf b’kulma kien sar,+ ċarrat ħwejġu, libes ilbies magħmul mill-​ixkora+ u tefaʼ l-​irmied+ fuqu, u mar f’nofs il-​belt jgħajjat għajat kbir taʼ mrar.+  Fl-aħħar wasal sa quddiem bieb is-​sultan,+ għax ħadd ma setaʼ jgħaddi minn bieb is-​sultan bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.  U fil-​provinċji differenti kollha,+ kulfejn kienu qed jaslu l-​kelma u l-​liġi tas-​sultan, kien hemm ħafna niket+ fost il-​Lhud, u sawm+ u biki u lfiq. U għal ħafna, l-​ixkora+ u l-​irmied+ saru bħal friex.  U t-​tfajliet t’Ester u l-​ewnuċi+ tagħha bdew ġejjin u jgħidulha b’dan. U s-​sultana tnikktet għall-​aħħar. Imbagħad bagħtet xi ħwejjeġ lil Mordekaj biex jilbishom u jneħħi minn fuqu l-​ilbies taʼ l-​ixkora. Iżda hu m’aċċettahomx.+  Għal dan, Ester sejħet lil Ħatak,+ wieħed mill-​ewnuċi li s-​sultan kien taha biex jaqdiha, u hi kkmandatu u bagħtitu għand Mordekaj sabiex tkun taf x’kien ifisser dan u għaliex kien qed jagħmel hekk.  Għalhekk, Ħatak ħareġ ħdejn Mordekaj fil-​pjazza tal-​belt li kienet quddiem bieb is-​sultan.  Imbagħad Mordekaj qallu b’kulma kien ġralu+ u spjegalu kollox dwar il-​flus li Ħaman kien qal li se jħallas lit-​teżorerija+ tas-​sultan sabiex jeqred+ lil-​Lhud.  U tah kopja+ tal-​kitba tal-​liġi li kienet ngħatat f’Susan+ biex jinqerdu l-​Lhud. Din kellu juriha lil Ester u jgħidilha u jikkmandaha+ biex tidħol għand is-​sultan, sabiex tissupplikah* juri ħniena+ u titolbu direttament għall-​poplu tagħha.+  Issa Ħatak+ daħal u qal lil Ester x’kien qallu Mordekaj. 10  Imbagħad Ester qalet lil Ħatak u kkmandatu jgħarraf lil Mordekaj:+ 11  “Il-​qaddejja kollha tas-​sultan u n-​nies fil-​provinċji tiegħu jafu li liġi waħda+ hemm għal raġel jew mara li tidħol għand is-​sultan fil-​bitħa taʼ ġewwa+ bla ma tkun imsejħa, li tingħata l-​mewt; ikun biss f’każ li s-​sultan imidd ix-​xettru tad-​deheb lejha li hi tibqaʼ tgħix.+ Issa jien ili tletin jum ma nkun imsejħa biex nidħol għand is-​sultan.” 12  U lil Mordekaj qalulu b’dak li qalet Ester. 13  Imbagħad Mordekaj bagħat jgħid lil Ester: “Ara ma taħsibx li dawk taʼ dar is-​sultan se jeħilsuha iktar mil-​Lhud l-​oħrajn kollha.+ 14  Għax jekk int issa tibqaʼ siekta għalkollox, is-​serħan u l-​ħelsien għal-​Lhud jiġu minn xi mkien ieħor;+ imma int u dar missierek tinqerdu. U min jaf jekk kienx għal żmien bħal dan li int ksibt dinjità rjali?”+ 15  Għaldaqstant Ester qalet bi tweġiba lil Mordekaj: 16  “Mur, iġbor lil-​Lhud kollha li jinsabu f’Susan+ u sumu+ għalija; u tiklux u tixorbux għal tlett ijiem,+ la bil-​lejl u lanqas bi nhar. Jien, flimkien mat-​tfajliet+ tiegħi, se nsum ukoll, u wara dan nidħol għand is-​sultan, għalkemm hi ħaġa kontra l-​liġi; u fil-​każ li għandi mmut,+ immut.” 17  Imbagħad Mordekaj telaq u għamel kulma kienet ikkmandatu Ester.

Noti taʼ taħt

Jew, “titolbu bil-​ħerqa.”