Ester 3:1-15

3  Wara dan, is-​Sultan Aħasweru ta unur akbar lil Ħaman+ bin Ħammedata l-​Agagi+ u eżaltah+ u għolla t-​tron tiegħu ’l fuq mill-​prinċpijiet l-​oħrajn kollha li kienu miegħu.+  U l-​qaddejja kollha tas-​sultan li kienu f’bieb is-​sultan+ kienu jmilu u jinxteħtu fl-​art quddiem Ħaman, għax hekk kien ikkmanda s-​sultan dwaru. Imma Mordekaj la kien imil u lanqas jinxteħet fl-​art quddiemu.+  U l-​qaddejja tas-​sultan li kienu f’bieb is-​sultan bdew jgħidu lil Mordekaj: “Għala qed tinjora l-​kmand tas-​sultan?”+  U ġara li wara li kellmuh jum wara l-​ieħor u hu ma tahomx widen, qalu b’dan lil Ħaman biex jaraw jekk l-​attitudni taʼ Mordekaj kinitx se titħalla tibqaʼ għaddejja;+ għax hu kien qalilhom li kien Lhudi.+  Issa Ħaman ra li Mordekaj ma kienx qed imil u jinxteħet fl-​art quddiemu,+ u Ħaman imtela bir-​rabja.+  Imma deherlu li ma kienx biżżejjed li jmidd idu fuq Mordekaj biss, għax kienu qalulu dwar il-​poplu taʼ Mordekaj; u Ħaman beda jipprova jeqred+ lil-​Lhud kollha li kienu fir-​renju kollu t’Aħasweru, il-​poplu taʼ Mordekaj.+  Fl-ewwel xahar,+ jiġifieri, ix-​xahar taʼ Nisan, fis-​sena+ tnax tas-​Sultan Aħasweru, tefgħu l-​Pur,*+ jiġifieri, ix-​Xorti,+ quddiem Ħaman biex jiġi determinat il-​jum u x-​xahar, u x-​xorti waqgħet fuq it-​tnax-il wieħed, jiġifieri, ix-​xahar t’Adar.+  U Ħaman qal lis-​Sultan Aħasweru: “Hemm ċertu poplu mxerred+ u separat fost il-​popli fil-​provinċji kollha tar-​renju+ tiegħek; u l-​liġijiet tagħhom huma differenti minn dawk tal-​popli l-​oħrajn kollha, u m’humiex qed iwettqu l-​liġijiet tas-​sultan,+ u m’huwiex xieraq li s-​sultan iħalli dan għaddej.  Jekk hu tajjeb għas-​sultan, ħa jkun miktub li dawn jinqerdu; u jien inħallas għaxart elef+ talent fidda f’idejn dawk li jagħmlu x-​xogħol,+ sabiex dawn it-​talenti jġibuhom fit-​teżorerija tas-​sultan.” 10  Imbagħad is-​sultan neħħa ċ-​ċurkett tas-​siġill+ minn idu u tah lil Ħaman,+ bin Ħammedata l-​Agagi,+ l-​għadu tal-​Lhud.+ 11  U s-​sultan qal lil Ħaman: “Nagħtik il-​fidda,+ u l-​poplu wkoll, biex tagħmel minnhom dak li jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.”+ 12  Imbagħad issejħu s-​segretarji+ tas-​sultan fl-​ewwel xahar fit-​tlettax-il jum tiegħu, u nkiteb+ dak kollu li Ħaman ikkmanda lis-​satrapi* tas-​sultan u lill-​gvernaturi li kienu fuq id-​diversi provinċji,+ u lill-​prinċpijiet tal-​popli differenti taʼ kull waħda minn dawn il-​provinċji, skond il-​kitba+ tagħha, u lil kull poplu bl-​ilsien tiegħu; dan inkiteb f’isem+ is-​Sultan Aħasweru u ġie mmarkat biċ-​ċurkett tas-​siġill+ tas-​sultan. 13  U l-​ittri ntbagħtu permezz tal-​messaġġiera+ f’kull provinċja tas-​sultan, biex jinġiebu fix-​xejn, jinqatlu u jinqerdu l-​Lhud kollha, iż-​żgħażagħ kif ukoll ix-​xjuħ, it-​tfal u n-​nisa, f’ġurnata waħda,+ fit-​tlettax-il jum tat-​tnax-il xahar, jiġifieri, ix-​xahar t’Adar,+ u jaħtfulhom ġidhom.+ 14  Kopja tal-​kitba, li kellha tingħata bħala liġi+ fil-​provinċji differenti kollha,+ kienet qed titqassam lill-​popli kollha sabiex huma jħejju ruħhom għal dan il-​jum. 15  Il-messaġġiera ħarġu, u bdew iħaffu+ minħabba l-​kelma tas-​sultan, u din il-​liġi ngħatat ukoll fil-​kastell taʼ Susan.+ Inkwantu għas-​sultan u Ħaman, dawn qagħdu bil-​qiegħda jixorbu;+ filwaqt li l-​belt taʼ Susan+ kienet f’konfużjoni.+

Noti taʼ taħt

Tfisser “Xorti.” “Purim,” il-​plural, hu minfejn ħadet isimha l-​festa Lhudija ċelebrata fit-​tnax-il xahar tal-​kalendarju sagru.
Ara Esd 8:36, in-​nota taʼ taħt.