Ester 2:1-23

2  Wara dan, meta r-​rabja tas-​Sultan Aħasweru+ birdet, hu ftakar f’Vasti+ u f’dak li kienet għamlet+ u x’kien ġie deċiż kontriha.+  Imbagħad il-​qaddejja tas-​sultan, il-​ministri+ tiegħu, qalu: “Ħa jfittxu+ għas-​sultan tfajliet verġni,+ sbieħ fl-​għajn,  u ħa jaħtar is-​sultan uffiċjali fil-​provinċji+ kollha tar-​renju tiegħu, u jiġbru flimkien it-​tfajliet verġni kollha, sbieħ fl-​għajn, fil-​kastell+ taʼ Susan, fid-​dar tan-​nisa u jiġu fdati f’idejn Ħegaj,+ l-​ewnuku+ tas-​sultan li kien jieħu ħsieb in-​nisa; u ħa jagħmlulhom il-​massaġġi.  U dik it-​tfajla li tingħoġob mis-​sultan tkun sultana minflok Vasti.”+ U din il-​ħaġa għoġbitu lis-​sultan, u hekk għamel.  Fil-kastell taʼ Susan+ kien hemm ċertu raġel Lhudi, jismu Mordekaj,+ bin Ġajir, bin Simgħi, bin Kis, mit-​tribù taʼ Benjamin,+  li minn Ġerusalemm ittieħed fl-​eżilju+ man-​nies li ġew eżiljati maʼ Ġekonija,+ is-​sultan taʼ Ġuda li ttieħed fl-​eżilju minn Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja.  U beda jieħu ħsieb+ lil Ħadassa,* jiġifieri, Ester, it-​tifla taʼ ħu missieru,+ għax la kellha missier u lanqas omm; u t-​tfajla kienet sabiħa f’suritha u wiċċha ħelu,+ u mal-​mewt taʼ missierha u ommha Mordekaj ħadha b’bintu.  U ġara li, meta nstemgħu l-​kelma u l-​liġi tas-​sultan, u meta fil-​kastell taʼ Susan+ ġabru flimkien ħafna tfajliet li ġew fdati f’idejn Ħegaj,+ Ester ittieħdet fid-​dar tas-​sultan u ġiet fdata f’idejn Ħegaj li kien jieħu ħsieb in-​nisa.  Issa t-​tfajla għoġbitu, u għalhekk urieha qalb tajba bl-​imħabba+ u ra li malajr jinbdewlha l-​massaġġi+ u jingħatalha l-​ikel adattat għaliha, u jingħatawlha sebaʼ tfajliet magħżulin minn dar is-​sultan, u lilha u lit-​tfajliet tagħha ħadhom fl-​aħjar post li kien hemm f’dar in-​nisa. 10  Ester ma kienet qalet xejn dwar il-​poplu tagħha+ u qrabatha, għax Mordekaj stess kien ikkmandaha biex ma titkellimx.+ 11  U jum wara l-​ieħor Mordekaj kien jgħaddi quddiem il-​bitħa taʼ dar in-​nisa biex ikun jaf kif inhi Ester u x’kienu qed jagħmlulha. 12  U meta kien imiss lil kull waħda mit-​tfajliet biex tidħol għand is-​Sultan Aħasweru wara li jkun sarilha skond ir-​regolament tan-​nisa għal tnax-il xahar, għax hekk kien isir fiż-​żmien tal-​proċedura tal-​massaġġi tagħhom, sitt xhur biż-​żejt tal-​mirra+ u sitt xhur biż-​żejt tal-​balzmu+ flimkien mal-​massaġġi tan-​nisa; 13  imbagħad wara dan kollu t-​tfajla tidħol għand is-​sultan. Kulma kienet titlob kien jingħatalha, biex tieħdu magħha mid-​dar tan-​nisa għad-​dar tas-​sultan.+ 14  Fil-għaxija kienet tidħol, u fil-​għodu tmur lura fit-​tieni dar tan-​nisa fdata f’idejn Sagħasgaż, l-​ewnuku+ tas-​sultan li kien jieħu ħsieb il-​konkubini. Ma kinitx terġaʼ tidħol għand is-​sultan ħlief jekk hu jkollu pjaċir biha u jkun sejħilha b’isimha.+ 15  U meta mess lil Ester, bint Abiħajl iz-​ziju taʼ Mordekaj li kien ħadha b’bintu,+ biex tidħol għand is-​sultan, hi ma talbet xejn+ ħlief dak li qalilha Ħegaj,+ l-​ewnuku tas-​sultan li kien jieħu ħsieb in-​nisa (sadanittant Ester baqgħet tingħoġob minn kulmin kien jaraha).+ 16  Imbagħad Ester ittieħdet għand is-​Sultan Aħasweru fid-​dar irjali tiegħu fl-​għaxar xahar, jiġifieri, fix-​xahar taʼ Tebet, fis-​sebaʼ sena+ tar-​renju tiegħu. 17  U s-​sultan sar iħobb lil Ester iżjed min-​nisa l-​oħrajn kollha, u b’hekk inġibed lejha u wrieha qalb tajba bl-​imħabba iktar mill-​verġni l-​oħrajn kollha.+ U hu poġġa l-​velu rjali fuq rasha u għamilha sultana+ minflok Vasti. 18  U s-​sultan għamel ikla kbira għall-​prinċpijiet u l-​qaddejja tiegħu kollha, l-​ikla t’Ester; u hu ta maħfra ġenerali+ lill-​provinċji kollha, u kompla jagħti rigali skond il-​mezzi tas-​sultan. 19  Issa meta ġabru flimkien għat-​tieni darba lit-​tfajliet verġni,+ Mordekaj kien bil-​qiegħda f’bieb is-​sultan.+ 20  Ester ma kienet qed tgħid xejn dwar qrabatha u l-​poplu tagħha,+ bħalma kien ikkmandaha+ Mordekaj;+ u Ester kienet qed tagħmel kulma qalilha Mordekaj, kif kienet tagħmel meta kien jieħu ħsiebha hu.+ 21  F’dawk il-​jiem meta Mordekaj kien bil-​qiegħda f’bieb is-​sultan, Bigtan u Teres, żewġ uffiċjali tal-​palazz tas-​sultan, għassiesa tal-​bibien, irrabjaw u bdew jaraw kif se jagħmlu l-​ħsara+ lis-​Sultan Aħasweru. 22  U Mordekaj sar jaf b’dan, u qal+ mill-​ewwel lis-​Sultana Ester. Min-​naħa tagħha Ester tkellmet mas-​sultan f’isem Mordekaj.+ 23  Allura meta sar stħarriġ dwar din il-​kwistjoni u nstab li kienet minnha, it-​tnejn li huma ġew imdendlin+ maʼ zokk;+ imbagħad dan inkiteb quddiem is-​sultan fi ktieb il-​ġrajjiet+ taż-​żminijiet.

Noti taʼ taħt

Ħadassa hu l-​isem Ebrajk għal Ester, li jfisser “Riħana.”