Ester 1:1-22

1  Issa ġara fi żmien Aħasweru,*+ jiġifieri, Aħasweru li kien isaltan mill-​Indja sa l-​Etjopja, fuq mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+  li f’dak iż-​żmien meta s-​Sultan Aħasweru kien bil-​qiegħda fuq it-​tron irjali+ tiegħu fil-​kastell+ taʼ Susan,+  fit-tielet sena tar-​renju tiegħu, hu għamel ikla kbira+ għall-​prinċpijiet u l-​qaddejja kollha tiegħu, u quddiemu kien hemm il-​qawwa militari tal-​Persja+ u l-​Medja,+ in-​nobbli+ u l-​prinċpijiet tal-​provinċji.+  Hu wriehom ir-​rikkezzi+ tas-​saltna glorjuża tiegħu u l-​ġieħ+ u s-​sbuħija tal-​kobor tiegħu għal bosta jiem, għal mija u tmenin jum.  U meta għaddew dawn il-​jiem, is-​sultan għamel ikla kbira taʼ sebat ijiem għan-​nies kollha li kienu fil-​kastell taʼ Susan, mill-​kbir saż-​żgħir, fil-​bitħa tal-​ġnien tal-​palazz tas-​sultan.  Kien hemm purtieri taʼ l-​għażel, taʼ qoton fin u taʼ materjal blu+ mdendlin bi ħbula taʼ drapp fin, u suf miżbugħ vjola ħamrani+ f’ħoloq tal-​fidda u fuq kolonni taʼ l-​irħam, u divani+ tad-​deheb u tal-​fidda fuq art miksija bil-​porfirju,* bl-​irħam abjad, bil-​madriperla, u bl-​irħam iswed.  U tqassam l-​inbid għax-​xorb f’reċipjenti tad-​deheb;+ u r-​reċipjenti kienu differenti minn xulxin, u kien hemm kwantità kbira taʼ nbid irjali,+ skond il-​mezzi tas-​sultan.  F’dik l-​okkażjoni, ma kien hemm ħadd li jġegħelhom jixorbu skond il-​liġi, għax hekk kien l-​arranġament tas-​sultan għall-​kbarat kollha taʼ daru, biex kull wieħed jagħmel kif jogħġbu.  Is-Sultana Vasti+ wkoll għamlet ikla kbira għan-​nisa fid-​dar irjali tas-​Sultan Aħasweru. 10  Fis-sebaʼ jum, meta qalb is-​sultan kienet ferħana bl-​inbid,+ hu qal lil Meħuman, Biżta, Ħarbona,+ Bigta u Abagta, Żetar u Karkas, is-​sebaʼ uffiċjali tal-​palazz li kienu jaqdu+ lis-​Sultan Aħasweru nnifsu, 11  biex iġibu lis-​Sultana Vasti bil-​velu rjali quddiem is-​sultan ħalli juri ġmielha lill-​popli u lill-​prinċpijiet; għax kienet sabiħa fl-​għajn.+ 12  Imma s-​Sultana Vasti baqgħet ma riditx+ tiġi meta s-​sultan bagħat għaliha permezz taʼ l-​uffiċjali tal-​palazz. Minħabba dan, is-​sultan għadab ferm u xegħel bil-​korla.+ 13  U s-​sultan qal lill-​għorrief+ li kienu jifhmu fl-​użanzi taʼ dawk iż-​żminijiet+ (għax hekk kienet titressaq il-​kwistjoni tas-​sultan quddiem dawk kollha li kienu midħla tal-​liġi u l-​kawżi legali, 14  u l-​eqreb lejh kienu Karsena, Setar, Admata, Tarsis, Meres, Marsena, u Memukan, sebaʼ+ prinċpijiet tal-​Persja u l-​Medja li setgħu jersqu quddiem is-​sultan+ u li kellhom l-​ewwel pożizzjonijiet fis-​saltna): 15  “Skond il-​liġi x’għandu jsir mis-​Sultana Vasti talli m’għamlitx dak li qalilha s-​Sultan Aħasweru permezz taʼ l-​uffiċjali tal-​palazz?” 16  Għal dan, Memukan+ qal quddiem is-​sultan u l-​prinċpijiet: “Is-​Sultana Vasti ma naqsitx+ biss lis-​sultan imma wkoll lill-​prinċpijiet kollha u l-​popli kollha li qegħdin f’kull provinċja tas-​Sultan Aħasweru. 17  Għax in-​nisa miżżewġin kollha jsiru jafu b’dak li għamlet is-​sultana, u b’hekk is-​sidien+ tagħhom ikunu mistmerrin+ f’għajnejhom, meta jgħidu, ‘Is-​Sultan Aħasweru qal biex iġibulu lis-​Sultana Vasti quddiemu, u hi ma marritx.’ 18  U dakinhar il-​prinċipessi tal-​Persja u l-​Medja, li jkunu semgħu x’għamlet is-​sultana, ikellmu lill-​prinċpijiet kollha tas-​sultan bl-​istess mod, u jkun hemm ħafna disprezz u għadab.+ 19  Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ ħa toħroġ mingħandu kelma rjali—u ħa tinkiteb mal-​liġijiet+ tal-​Persja u l-​Medja sabiex ma titħassarx+—illi Vasti ma tidħolx quddiem is-​Sultan Aħasweru; u ħa jagħti s-​sultan id-​dinjità rjali tagħha lil mara oħra, waħda aħjar minnha. 20  U d-​digriet li jagħmel is-​sultan irid jinstemaʼ mar-​renju tiegħu kollu (għax hu kbir ferm), u n-​nisa miżżewġin kollha jonoraw+ lis-​sidien+ tagħhom, mill-​kbir saż-​żgħir.” 21  U l-​ħaġa ntgħoġbot mis-​sultan+ u l-​prinċpijiet, u s-​sultan għamel kif qal Memukan. 22  Għalhekk, bagħat dokumenti+ miktubin lill-​provinċji kollha tas-​sultan, lil kull waħda minn dawn il-​provinċji+ skond il-​kitba tagħha u lil kull poplu bl-​ilsien tiegħu, sabiex kull raġel miżżewweġ jibqaʼ jkun prinċep f’daru+ u jitkellem bi lsien il-​poplu tiegħu.

Noti taʼ taħt

Imsejjaħ Artaserse fis-​Settanta. Hu mifhum li hu Serse I, bin Darju l-​Kbir (Darju Istaspi).
Tip taʼ blata iebsa ferm, ġeneralment taʼ lewn aħmar skur, imnaqqxa bl-​abjad u stmata ħafna.