Esdra 9:1-15

9  U malli ntemm dan kollu, resqu lejja l-​prinċpijiet+ u qaluli: “Il-​poplu taʼ Israel u l-​qassisin u l-​Leviti ma nfirdux+ min-​nies tal-​pajjiżi rigward l-​affarijiet mistkerrhin tagħhom,+ jiġifieri, il-​Kangħanin,+ il-​Ħittin,+ il-​Pereżin,+ il-​Ġebusin,+ l-​Għammonin,+ il-​Mowabin,+ l-​Eġizzjani,+ u l-​Amurrin.+  Għax aċċettaw lil xi wħud mill-​bniet tagħhom għalihom infushom u għal uliedhom subien;+ u huma, in-​nisel qaddis,+ tħalltu+ man-​nies tal-​pajjiżi, u id il-​prinċpijiet u l-​ħakkiema deputati kienet minn taʼ quddiemnett+ f’din l-​infedeltà.”  Issa malli smajt dwar dan, ċarratt ħwejġi,+ u bdejt inqattaʼ x-​xagħar taʼ rasi+ u tad-​daqna tiegħi, u qgħadt bil-​qiegħda ssummat.+  U ħdejja nġemgħu dawk kollha li triegħdu+ minħabba l-​kliem taʼ l-​Alla taʼ Israel kontra l-​infedeltà tal-​poplu eżiljat, waqt li kont bil-​qiegħda ssummat sa ħin l-​offerta tal-​qmuħ taʼ fil-​għaxija.+  U f’ħin l-​offerta tal-​qmuħ+ taʼ fil-​għaxija qomt mill-​umiljazzjoni tiegħi, bi ħwejġi mċarrtin, u nżilt għarkopptejja+ u ftaħt idejja lejn Ġeħova Alla tiegħi.+  U għedtlu:+ “O Alla tiegħi, kemm qed nistħi+ u nħossni imbarazzat+ biex ngħolli wiċċi lejk, O Alla tiegħi, għax l-​iżbalji+ tagħna kotru sa fuq rasna u l-​ħtija tagħna kibret u għoliet saħansitra sas-​smewwiet.+  Minn żmien missirijietna+ sa dan il-​jum ilna fi ħtija kbira;+ u minħabba l-​iżbalji tagħna, aħna, is-​slaten+ tagħna, u l-​qassisin+ tagħna, ngħatajna f’id is-​slaten tal-​pajjiżi li darbuna bix-​xabla,+ ħaduna fil-​jasar+ u serqulna ġidna+ u ħammrulna wiċċna,+ bħal f’dan il-​jum.  U issa, għal mument, intwerejna l-​ħniena+ minn Ġeħova Alla tagħna billi ħallielna lil dawk li jaħarbu+ u billi tana pożizzjoni soda* fil-​post qaddis tiegħu, biex idawwal lil għajnejna,+ O Alla tagħna, u biex iħallina nerġgħu nieħdu ftit tar-​ruħ fil-​jasar tagħna.+  Għax aħna qaddejja;+ u Alla tagħna ma telaqniex fil-​jasar tagħna,+ imma jurina qalb tajba bl-​imħabba quddiem is-​slaten tal-​Persja,+ biex iħallina nerġgħu nieħdu r-​ruħ ħalli ntellgħu d-​dar t’Alla+ tagħna u nibnu mill-​ġdid il-​postijiet tagħha li tħallew ħerba+ u b’dan inkunu f’Ġuda u f’Ġerusalemm bħallikieku wara ħajt tal-​ġebel.+ 10  “U issa x’se ngħidu, O Alla tagħna, wara dan kollu? Għax aħna tlaqna l-​kmandamenti tiegħek,+ 11  li kkmandajtna permezz tal-​qaddejja tiegħek il-​profeti, u int għedtilna, ‘L-​art li se tidħlu fiha biex tiħduha hija art imniġġsa minħabba n-​nuqqas taʼ safa tan-​nies tal-​pajjiżi,+ minħabba l-​affarijiet mistkerrha+ li mlewha bihom minn tarf sa tarf+ bin-​nuqqas taʼ ndafa tagħhom.+ 12  U issa tagħtux il-​bniet tagħkom lil uliedhom subien,+ u lanqas m’għandkom taċċettaw il-​bniet tagħhom għal uliedkom subien; u qatt iżjed m’għandkom taħdmu biex ikollhom is-​sliem+ u l-​ġid, sabiex tissaħħu+ u tkunu ċerti li tieklu l-​ġid taʼ l-​art u tassew tiħduha għal uliedkom għal żmien indefinit.’+ 13  U wara dak kollu li ġie fuqna minħabba l-​għemejjel+ ħżiena tagħna u l-​ħtija kbira tagħna—għax int, O Alla tagħna, ikkunsidrajt l-​iżball+ tagħna inqas milli kien, u tajtna lil dawk li nħelsu, bħalma huma dawn+ 14  se nerġgħu aħna niksru l-​kmandamenti tiegħek u nitħalltu b’rabtiet taż-​żwieġ+ mal-​popli li jagħmlu dawn l-​affarijiet mistkerrha?+ M’huwiex l-​għadab tiegħek se jixgħel bil-​kbir+ kontrina, u b’hekk ħadd ma jibqaʼ+ u ħadd ma jeħlisha? 15  O Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, int ġust,+ għaliex għad fadal aħna bħala poplu meħlus bħalma aħna llum. Hawn ninsabu quddiemek fil-​ħtija tagħna,+ għalkemm hu impossibbli li nieqfu quddiemek minħabba dan.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “tana musmar.”