Esdra 8:1-36

8  Issa din kienet ir-​reġistrazzjoni tal-​linja ġenealoġika+ għall-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ li telgħu miegħi minn Babilonja matul ir-​renju tas-​Sultan Artaserse:+  Minn ulied Fineħas,+ Gersom; minn ulied Itamar,+ Danjel;+ minn ulied David,+ Ħattus;  minn ulied Sekanija, minn ulied Pargħos,+ Żakkarija, u miegħu kien hemm reġistrati mija u ħamsin raġel;  minn ulied Paħat-mowab,+ Eligħeħo-għenaj, bin Żeraħija, u miegħu mitejn raġel;  minn ulied Żattu,+ Sekanija, bin Ġaħażijel, u miegħu tliet mitt raġel;  u minn ulied Għadin,+ Għebed, bin Ġonatan, u miegħu ħamsin raġel;  u minn ulied Għelam,+ Ġesagħija, bin Għatalija, u miegħu sebgħin raġel;  u minn ulied Sefatija,+ Żebadija, bin Mikiel, u miegħu tmenin raġel;  minn ulied Ġowab, Għobadija, bin Ġeħijel, u miegħu mitejn u tmintax-il raġel; 10  u minn ulied Bani,+ Selomit, bin Ġosifija, u miegħu mija u sittin raġel; 11  u minn ulied Bebaj, Żakkarija, bin Bebaj,+ u miegħu tmienja u għoxrin raġel; 12  u minn ulied Għażgad,+ Ġoħanan, bin Ħakkatan, u miegħu mija u għaxart irġiel; 13  u minn ulied Adonikam,+ dawk li kienu l-​aħħar u li kien jisimhom Elifelet, Ġegħijel, Semajja, u magħhom sittin raġel; 14  u minn ulied Bigwaj,+ Utaj u Żabbud, u magħhom sebgħin raġel. 15  U ġbarthom ħdejn ix-​xmara+ li tmur lejn Aħawa;+ u bqajna kkampjati hemmhekk tlett ijiem, sabiex nifli l-​poplu+ u l-​qassisin,+ imma ma sibt lil ħadd minn ulied Levi+ hemmhekk. 16  Għaldaqstant bgħatt għall-​kapijiet Eligħeżer, Arjel, Semajja, Elnatan, Ġarib, Elnatan, Natan, Żakkarija, u Mesullam, u għall-​għalliema+ Ġojarib u Elnatan. 17  Imbagħad tajthom kmand dwar Iddo, il-​kap tal-​post li jismu Kasifja, u għedtilhom x’għandhom jgħidu+ lil Iddo u lil ħutu n-​Netinin+ fil-​post li jismu Kasifja, biex iġibulna ministri+ għad-​dar t’Alla tagħna. 18  Għalhekk, billi kellna l-​id+ tajba t’Alla tagħna fuqna, ġabulna bniedem għaqli+ minn ulied Maħli,+ li nannuh kien Levi,+ bin Israel, jiġifieri, lil Serebija+ u wliedu u ħutu, tmintax b’kollox; 19  u Ħasabija u miegħu Ġesagħija minn ulied Merari,+ ħutu, u wliedhom, għoxrin b’kollox. 20  U min-​Netinin, li David u l-​prinċpijiet taw għas-​servizz tal-​Leviti, mitejn u għoxrin, li lkoll kemm huma kienu ntgħażlu b’isimhom. 21  Imbagħad nedejt sawma hemmhekk ħdejn ix-​xmara Aħawa, sabiex numiljaw+ ruħna quddiem Alla tagħna, biex nitolbuh jiggwidana fil-​vjaġġ tagħna,+ lilna, liċ-​ċkejknin+ tagħna, u lil ġidna. 22  Għax jien stħajt nitlob qawwa militari+ u kavallerija+ mingħand is-​sultan biex jgħinuna kontra l-​għadu fit-​triq, għaliex lis-​sultan konna għednielu: “Id+ Alla tagħna qiegħda fuq dawk kollha li jfittxuh għat-​tajjeb,+ imma saħħtu u r-​rabja+ tiegħu huma kontra dawk kollha li jitilquh.”+  23  Għalhekk, somna+ u tlabna+ lil Alla tagħna biex jiggwidana, u hu semaʼ t-​talb tagħna mimli ħrara.+ 24  Issa jien fridt tnax mill-​kapijiet tal-​qassisin, jiġifieri, lil Serebija,+ Ħasabija,+ u magħhom għaxra minn ħuthom. 25  U wiżintilhom il-​fidda u d-​deheb u l-​għodod,+ il-​kontribuzzjoni li s-​sultan+ u l-​kunsillieri+ tiegħu u l-​prinċpijiet tiegħu u l-​Israelin+ kollha li nstabu f’dawk l-​inħawi kienu taw lid-​dar t’Alla tagħna. 26  B’hekk, wiżint f’idhom sitt mija u ħamsin talent fidda+ u mitt għodda tal-​fidda li jiswew żewġ talenti, u mitt talent deheb, 27  u għoxrin skutella żgħira tad-​deheb li jiswew elf darik u żewġ għodod tar-​ram aħmar taʼ kwalità tajba u jleqq, mixtieq daqs id-​deheb. 28  Imbagħad għedtilhom: “Intom imqaddsin+ lil Ġeħova, u l-​għodod+ huma xi ħaġa qaddisa, u l-​fidda u d-​deheb huma offerta volontarja lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom. 29  Oqogħdu attenti u ibqgħu għassa sakemm tiżnuhom+ quddiem il-​kapijiet tal-​qassisin u l-​Leviti u l-​prinċpijiet taʼ missirijiet Israel f’Ġerusalemm, fis-​swali taʼ l-​ikel+ tad-​dar taʼ Ġeħova.” 30  U l-​qassisin u l-​Leviti rċivew il-​fidda u d-​deheb u l-​għodod miżunin, biex jiħduhom Ġerusalemm fid-​dar t’Alla tagħna.+ 31  Sa fl-​aħħar tlaqna minn ħdejn ix-​xmara Aħawa+ fit-​tnax taʼ l-​ewwel xahar+ biex immorru Ġerusalemm, u id Alla tagħna kienet fuqna, u b’hekk hu ħelisna+ minn id l-​għadu u minn xi nasba fit-​triq. 32  Għalhekk, wasalna Ġerusalemm+ u qgħadna hemmhekk tlett ijiem. 33  U fir-​rabaʼ jum, wiżinna l-​fidda u d-​deheb+ u l-​għodod+ fid-​dar t’Alla tagħna u tajniehom f’id Meremot,+ bin Urijah, il-​qassis u miegħu Elegħażar, bin Fineħas, u magħhom Ġożabad,+ bin Ġeswa, u Nogħadija, bin Binnuwi,+ il-​Leviti, 34  kollox bl-​għadd u bl-​użin, u mbagħad l-​użin kollu nkiteb f’dak il-​waqt. 35  Dawk li ħarġu mill-​jasar, li qabel kienu eżiljati,+ ippreżentaw is-​sagrifiċċji tal-​ħruq+ lill-​Alla taʼ Israel, tnax-il barri+ għal Israel kollu, sitta u disgħin muntun,+ sebgħa u sebgħin ħaruf, tnax-il bodbod+ bħala offerta għad-​dnub, kollox bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova. 36  Imbagħad tajna l-​liġijiet+ tas-​sultan lis-​satrapi*+ tas-​sultan u lill-​gvernaturi+ lil hinn mix-​Xmara,*+ u dawn għenu lill-​poplu+ u lid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru.

Noti taʼ taħt

“Is-​satrapi.” It-​titlu tal-​ħakkiema ewlenin tal-​provinċji.
Jiġifieri, l-​Ewfrat.