Esdra 7:1-28

7  Wara dan, fir-​renju t’Artaserse,+ is-​sultan tal-​Persja, Esdra,+ bin Seraja,+ bin Għażarija, bin Ħilkija,+  bin Sallum,+ bin Sadok, bin Aħitub,+  bin Amarija,+ bin Għażarija,+ bin Merajot,+  bin Żeraħija,+ bin Użżi,+ bin Bukki,+  bin Abisugħa,+ bin Fineħas,+ bin Elegħażar,+ bin Aron,+ il-​qassis ewlieni+  dan l-​istess Esdra telaʼ minn Babilonja; u kien kopista+ tas-​sengħa tal-​liġi taʼ Mosè,+ li kienet ngħatat minn Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, u billi id Ġeħova Alla tiegħu kienet fuqu, is-​sultan tah kulma ried.+  U xi wħud minn ulied Israel u mill-​qassisin+ u l-​Leviti+ u l-​għannejja+ u l-​għassiesa tal-​bibien+ u n-​Netinin+ telgħu Ġerusalemm fis-​sebaʼ sena tas-​Sultan Artaserse.+  Sa fl-​aħħar, hu wasal Ġerusalemm fil-​ħames xahar, jiġifieri, fis-​sebaʼ sena tas-​sultan.  Għax fl-​ewwel jum taʼ l-​ewwel xahar hu qatagħha li jitlaʼ minn Babilonja, u fl-​ewwel jum tal-​ħames xahar wasal Ġerusalemm, għaliex l-​id tajba t’Alla tiegħu kienet fuqu.+ 10  Għax Esdra kien ħejja+ qalbu biex ifittex fil-​liġi taʼ Ġeħova+ u jobdiha+ u jgħallem+ f’Israel ir-​regolamenti+ u l-​ġustizzja.+ 11  U din hija kopja taʼ l-​ittra li s-​Sultan Artaserse ta lil Esdra l-​qassis u kopista,+ li kien jikkopja l-​kliem tal-​kmandamenti taʼ Ġeħova u r-​regolamenti tiegħu li ta lil Israel: 12 * “Artaserse,+ is-​sultan tas-​slaten,+ lil Esdra l-​qassis, il-​kopista tal-​liġi taʼ l-​Alla tas-​smewwiet:+ Kull sliem.+ U issa 13  jien ħriġt ordni+ biex kulmin fir-​renju+ tiegħi mill-​poplu taʼ Israel u l-​qassisin u l-​Leviti tiegħu jrid imur Ġerusalemm miegħek, ħa jmur.+ 14  Ġaladarba minn quddiem is-​sultan u s-​sebaʼ kunsillieri+ tiegħu ntbagħtet ordni biex isir tiftix+ dwar Ġuda u Ġerusalemm fil-​liġi+ t’Alla+ tiegħek li qiegħda f’idek, 15  u biex jinġiebu l-​fidda u d-​deheb li s-​sultan u l-​kunsillieri tiegħu taw+ minn jeddhom lill-​Alla taʼ Israel, li jgħammar f’Ġerusalemm,+ 16  bil-fidda u d-​deheb kollha li ssib fil-​provinċja kollha taʼ Babilonja flimkien maʼ l-​għotja tal-​poplu+ u l-​qassisin li qed jagħtu volontarjament għad-​dar t’Alla+ tagħhom, li hi f’Ġerusalemm; 17  b’dawn il-​flus int għandek tixtri minnufih barrin,+ imtaten,+ ħrief,+ u l-​offerti tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ tagħhom u tippreżentahom fuq l-​artal tad-​dar t’Alla+ tagħkom, li hi f’Ġerusalemm.+ 18  “U bil-​bqija tal-​fidda u d-​deheb+ int u ħutek agħmlu dak li jidhrilkom li hu tajjeb, skond ir-​rieda+ t’Alla tagħkom.+ 19  U r-​reċipjenti+ li qed jingħatawlek għas-​servizz tad-​dar t’Alla tiegħek wassalhom kollha quddiem Alla f’Ġerusalemm.+ 20  U l-​bqija tal-​bżonnijiet tad-​dar t’Alla tiegħek li tħoss li għandek tagħti, agħtihom mid-​dar tat-​teżori tas-​sultan.+ 21  “U jien stess, is-​Sultan Artaserse, ħriġt ordni+ lit-​teżorieri+ kollha li huma lil hinn mix-​Xmara,+ biex kulma jitlobkom Esdra+ l-​qassis, il-​kopista tal-​liġi taʼ l-​Alla tas-​smewwiet, agħtuhulu minnufih, 22  sa mitt talent+ fidda u mitt kor+ qamħ u mitt bat+ inbid+ u mitt bat żejt,+ u melħ+ bla limitu. 23  Kulma jordna+ l-​Alla tas-​smewwiet, ħa jsir biż-​żelu+ għad-​dar taʼ l-​Alla tas-​smewwiet,+ biex ma jkunx hemm korla kontra r-​renju tas-​sultan u kontra wliedu.+ 24  U lilkom qed ngħarrafkom li m’għandkom permess li tgħabbu b’taxxa, ħaraġ,+ jew ħlas+ lil ebda wieħed mill-​qassisin,+ mil-​Leviti,+ mill-​mużiċisti,+ mill-​għassiesa tal-​bibien,+ min-​Netinin,+ u mill-​ħaddiema taʼ din id-​dar t’Alla. 25  “U int, Esdra, billi tuża l-​għerf+ li tak Alla aħtar maġistrati u mħallfin sabiex jiġġudikaw+ kontinwament lill-​poplu kollu li qiegħed lil hinn mix-​Xmara, lil dawk kollha li jafu l-​liġijiet t’Alla tiegħek; u lil kulmin ma jafhomx għallmuhomlu.+ 26  U kulmin ma jagħmilx dak li tgħid il-​liġi t’Alla+ tiegħek u l-​liġi tas-​sultan, ħa jiġi ġudikat minnufih, jew għall-​mewt,+ jew għall-​eżilju,+ jew għal multa taʼ flus,+ jew għall-​ħabs.” 27  Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietna,+ li poġġa ħaġa bħal din f’qalb+ is-​sultan, biex isebbaħ+ id-​dar taʼ Ġeħova, li qiegħda f’Ġerusalemm! 28  U lili wrieni l-​qalb tajba bl-​imħabba+ quddiem is-​sultan u l-​kunsillieri+ tiegħu u l-​prinċpijiet setgħanin kollha tas-​sultan. U jien, min-​naħa tiegħi, issaħħaħt għax kelli id+ Ġeħova Alla tiegħi fuqi, u minn Israel ġbart il-​kapijiet biex jitilgħu miegħi.

Noti taʼ taħt

It-tieni sezzjoni t’Esdra miktuba bl-​Aramajk tibda hawnhekk u tispiċċa fil-​vers 26. Ara Esd 4:8, in-​nota taʼ taħt.