Esdra 5:1-17

5  U l-​profeta Ħaggaj+ u l-​profeta Żakkarija,+ li nannuh kien Iddo,+ ipprofetizzaw lil-​Lhud li kienu f’Ġuda u f’Ġerusalemm f’isem+ l-​Alla taʼ Israel li kien magħhom.+  Kien f’dan iż-​żmien li qamu Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u bdew jibnu mill-​ġdid id-​dar t’Alla, li kienet f’Ġerusalemm; u magħhom kien hemm il-​profeti+ t’Alla jgħinuhom.  Dak iż-​żmien ġew għandhom Tattenaj+ il-​gvernatur lil hinn mix-​Xmara+ u Setar-bożnaj u sħabhom, u qalulhom hekk: “Min takom l-​ordni biex tibnu din id-​dar u tlestu dan il-​bini bl-​injam?”+  Imbagħad qalulhom: “X’jisimhom l-​irġiel b’saħħithom li qed jibnu dan il-​bini?”  Imma għajnejn+ Alla tagħhom kienu fuq+ ix-​xjuħ tal-​Lhud, u ma waqqfuhomx sa ma r-​rapport setaʼ jmur għand Darju u mbagħad jintbagħat lura dokument uffiċjali dwar dan.  Din hi kopja+ taʼ l-​ittra li ntbagħtet lis-​Sultan Darju minn Tattenaj+ il-​gvernatur lil hinn mix-​Xmara+ u Setar-bożnaj+ u sħabu,+ il-​gvernaturi minuri li kienu lil hinn mix-​Xmara;  bagħtulu l-​ittra, u fiha kien hemm miktub hekk: “Lis-​Sultan Darju: “Kull sliem!+  Ħa jkun jaf is-​sultan li aħna morna fil-​provinċja+ taʼ Ġuda, lejn dar Alla+ l-​kbir, u din qed tinbena b’ġebel li jitqiegħed f’postu billi jgerbuh, u qed jitqiegħed l-​injam fil-​ħitan; u x-​xogħol qed isir bil-​ħeġġa u miexi ’l quddiem f’idejhom.  Imbagħad staqsejna lil dawn ix-​xjuħ u għednielhom hekk: ‘Min takom l-​ordni biex tibnu din id-​dar u tlestu dan il-​bini bl-​injam?’+ 10  U staqsejniehom ukoll x’jisimhom, sabiex ngħarrfuk, ħalli niktbu l-​ismijiet taʼ l-​irġiel b’saħħithom li qed imexxuhom.+ 11  “U huma wieġbu u qalulna hekk: ‘Aħna l-​qaddejja taʼ l-​Alla tas-​smewwiet u taʼ l-​art,+ u qed nerġgħu nibnu d-​dar li kienet inbniet ħafna snin ilu u li nbniet u tlestiet+ minn sultan kbir taʼ Israel. 12  Madankollu, peress li missirijietna inkorlaw+ lill-​Alla tas-​smewwiet, hu tahom+ f’id Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, il-​Kaldew,+ u dan ġarraf din id-​dar+ u ħa lin-​nies fl-​eżilju f’Babilonja.+ 13  Minkejja dan, fl-​ewwel sena li beda jsaltan, Ċiru,+ is-​sultan taʼ Babilonja, ħareġ ordni biex terġaʼ tinbena din id-​dar t’Alla.+ 14  Barra minn hekk, ir-​reċipjenti+ tad-​deheb u l-​fidda tad-​dar t’Alla li Nebukadnessar kien ħareġ mit-​tempju, li kien f’Ġerusalemm, u ġabhom fit-​tempju taʼ Babilonja,+ is-​Sultan Ċiru+ ħariġhom mit-​tempju taʼ Babilonja u tahom lil wieħed jismu Sesbassar,+ li kien għamlu gvernatur.+ 15  U lil dan qallu: “Ħu dawn ir-​reċipjenti.+ Mur poġġihom fit-​tempju li qiegħed f’Ġerusalemm, u ħa terġaʼ tinbena d-​dar t’Alla f’postha.”+ 16  Meta ġie dan Sesbassar, hu qiegħed il-​pedamenti tad-​dar t’Alla,+ li qiegħda f’Ġerusalemm; u minn dakinhar s’issa qed terġaʼ tinbena imma għadha ma tlestietx.’+ 17  “U issa jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jsir tiftix+ f’dar it-​teżori tas-​sultan li qiegħda hemmhekk f’Babilonja, jekk hux veru li s-​Sultan Ċiru ħareġ ordni+ biex terġaʼ tinbena din id-​dar t’Alla f’Ġerusalemm; u ħa jibagħtilna s-​sultan id-​deċiżjoni tiegħu dwar dan.”

Noti taʼ taħt