Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Esdra 2:1-70

2  U dawn kienu wlied il-provinċja+ li telgħu mill-jasar tal-poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-eżilju+ f’Babilonja u li iktar tard marru lura+ lejn Ġerusalemm u Ġuda,+ kull wieħed lejn beltu;  dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,*+ Neħemija, Seraja,+ Regħlaja, Mordekaj, Bilsan, Mispar, Bigwaj, Reħum, Bagħnah. L-għadd taʼ l-irġiel tal-poplu taʼ Israel:  Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin;  ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin;  ulied Araħ,+ sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin;  ulied Paħat-mowab,*+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tnax;  ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin;  ulied Żattu,+ disaʼ mija u ħamsa u erbgħin;  ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin; 10  ulied Bani,*+ sitt mija u tnejn u erbgħin; 11  ulied Bebaj,+ sitt mija u tlieta u għoxrin; 12  ulied Għażgad,+ elf, mitejn u tnejn u għoxrin; 13  ulied Adonikam,+ sitt mija u sitta u sittin; 14  ulied Bigwaj,+ elfejn u sitta u ħamsin; 15  ulied Għadin,+ erbaʼ mija u erbgħa u ħamsin; 16  ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin; 17  ulied Bezaj,+ tliet mija u tlieta u għoxrin; 18  ulied Ġoraħ,* mija u tnax; 19  ulied Ħasum,+ mitejn u tlieta u għoxrin; 20  ulied Gibbar,*+ ħamsa u disgħin; 21  ulied Betlehem,+ mija u tlieta u għoxrin; 22  l-irġiel taʼ Netofa,+ sitta u ħamsin; 23  l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin; 24  ulied Għażmawet,+ tnejn u erbgħin; 25  ulied Kirjat-ġegħarim,+ Kefira, u Birot, sebaʼ mija u tlieta u erbgħin; 26  ulied Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin; 27  l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin; 28  l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mitejn u tlieta u għoxrin; 29  ulied Nebo,*+ tnejn u ħamsin; 30  ulied Magbis, mija u sitta u ħamsin; 31  ulied Għelam+ l-ieħor, elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 32  ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin; 33  ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u ħamsa u għoxrin; 34  ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin; 35  ulied Senagħa,+ tlett elef, sitt mija u tletin. 36  Il-qassisin:+ Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa,+ disaʼ mija u tlieta u sebgħin; 37  ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin; 38  ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin; 39  ulied Ħarim,+ elf u sbatax. 40  Il-Leviti:+ Ulied Ġeswa+ u Kadmijel,+ minn ulied Ħodawija,+ erbgħa u sebgħin. 41  L-għannejja, ulied Asaf,+ mija u tmienja u għoxrin. 42  Ulied l-għassiesa tal-bibien, ulied Sallum,+ ulied Ater,+ ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita,+ ulied Sobaj, b’kollox, mija u disgħa u tletin. 43  In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+ 44  ulied Keros, ulied Sigħaħa, ulied Padon,+  45  ulied Lebana, ulied Ħagaba, ulied Għakkub, 46  ulied Ħagab, ulied Salmaj,+ ulied Ħanan, 47  ulied Giddel, ulied Gaħar,+ ulied Regħaja, 48  ulied Resin,+ ulied Nekoda, ulied Gażżam, 49  ulied Użża, ulied Pasegħa,+ ulied Besaj, 50  ulied Asna, ulied Megħunim, ulied Nefusim;+ 51  ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+ 52  ulied Baslut, ulied Meħida, ulied Ħarsa,+ 53  ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+ 54  ulied Nesija, ulied Ħatifa.+ 55  Ulied il-qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Peruda,+ 56  ulied Ġagħlah, ulied Darkon, ulied Giddel,+ 57  ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Ami.+ 58  In-Netinin+ u wlied il-qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin.+ 59  U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer, u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-oriġini+ tagħhom, jekk kinux minn Israel: 60  ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u ħamsin. 61  U minn ulied il-qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-bniet taʼ Barżillaj,+ il-Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom. 62  Dawn kienu li fittxew ir-reġistru tagħhom biex jistabbilixxu pubblikament il-ġenealoġija tagħhom, u ma sabuhx, u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+ 63  Għaldaqstant, it-Tirsata*+ qalilhom li ma setgħux jieklu+ mill-affarijiet l-iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-Urim+ u t-Tummim. 64  Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa+ kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+ 65  minbarra l-ilsiera tagħhom irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ; u kellhom mitejn għannej,+ irġiel u nisa. 66  Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin,+ 67  iġmla erbaʼ mija u ħamsa u tletin, u ħmir sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+ 68  U meta xi wħud mill-kapijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ ġew lejn id-dar taʼ Ġeħova,+ li kienet f’Ġerusalemm,+ għamlu offerti volontarji+ għad-dar taʼ l-Alla l-veru, ħalli terġaʼ titlaʼ fil-post+ fejn kienet qabel. 69  Skond kemm kienu jistgħu, taw deheb+ għall-provvisti tax-xogħol, wieħed u sittin elf drakma,* u fidda,+ ħamest elef mina, u mitt libsa twila+ tal-qassisin. 70  U l-qassisin u l-Leviti u xi wħud mill-poplu,+ l-għannejja u l-għassiesa tal-bibien u n-Netinin marru joqogħdu fi bliethom, u l-Israelin kollha marru fi bliethom.+

Noti taʼ taħt

“Ġożwè” f’Ħag 1:1; Ża 3:1.
Ifisser “Gvernatur taʼ Mowab.”
“Binnuwi” f’Ne 7:15.
“Ħarif” f’Ne 7:24.
“Gibegħon” f’Ne 7:25.
“Nebo l-oħra” f’Ne 7:33.
Jew, “L-ilsiera tat-tempju.” Letteralment, “L-uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-nota taʼ taħt.
It-titlu Persjan għall-gvernatur taʼ provinċja.
Id-drakma ġeneralment kienet titqies daqs id-darik Persjan tad-deheb li kien jiżen 8.4 grammi. Mhix id-drakma taʼ l-Iskrittura Griega.