Esdra 10:1-44

10  Issa malli Esdra talab+ u stqarr il-​ħtijiet+ waqt li kien qed jibki u kien mixħut għal tulu+ quddiem id-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru, inġabru madwaru għadd taʼ Israelin, kongregazzjoni kbira ħafna, irġiel, nisa, u tfal, għax in-​nies kienu bkew biki kbir.  Imbagħad Sekanija, bin Ġeħijel,+ minn ulied Għelam+ wieġeb u qal lil Esdra: “Aħna—aħna aġixxejna b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Alla tagħna, u b’hekk ilqajna għandna nisa barranin min-​nies tal-​pajjiż.+ Iżda għad hemm tama+ għal Israel dwar dan.  U issa ejja nagħmlu patt+ m’Alla tagħna biex inkeċċu+ lil dawn in-​nisa kollha u lil dawk li twieldu minnhom skond id-​direzzjoni taʼ Ġeħova u taʼ dawk li jitriegħdu+ għall-​kmandament+ t’Alla tagħna, biex kollox isir skond il-​liġi.+  Qum, għax hu d-​dmir tiegħek li tagħmel xi ħaġa dwar il-​kwistjoni, u aħna qegħdin miegħek. Agħmel il-​ħila u aġixxi.”  U Esdra qam u ġiegħel lill-​kapijiet tal-​qassisin, lil-​Leviti, u lil Israel kollu jieħdu ġurament+ li jagħmlu skond din il-​kelma. U dawn ħadu ġurament.  Esdra issa qam minn quddiem id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u mar fis-​sala+ taʼ l-​ikel taʼ Ġeħoħanan, bin Eljasib. Għalkemm mar hemmhekk, la kiel ħobż+ u lanqas xorob ilma, għax kien imnikket+ minħabba l-​infedeltà tal-​poplu eżiljat.  Imbagħad saret sejħa f’Ġuda u f’Ġerusalemm biex dawk kollha li qabel kienu eżiljati+ jinġabru flimkien f’Ġerusalemm;  u kulmin ma ġiex+ sa tlett ijiem skond il-​parir tal-​prinċpijiet+ u tax-​xjuħ—ġidu kollu kellu jiġi konfiskat+ u hu jiġi mifrud+ mill-​kongregazzjoni tal-​poplu eżiljat.  Għalhekk, l-​irġiel kollha taʼ Ġuda u Benjamin inġabru flimkien f’Ġerusalemm fi żmien tlett ijiem, jiġifieri, fid-​disaʼ+ xahar, fl-​għoxrin tax-​xahar, u n-​nies kollha baqgħu bil-​qiegħda fil-​bitħa tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, jirtogħdu minħabba l-​kwistjoni u minħabba l-​ħalbiet tax-​xita.+ 10  U Esdra l-​qassis qam u qalilhom: “Intom aġixxejtu b’nuqqas taʼ fedeltà billi lqajtu għandkom nisa barranin+ u hekk żidtu mal-​ħtija taʼ Israel.+ 11  U issa stqarru ħtijietkom+ lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom, u agħmlu dak li jogħġob lilu+ u nfirdu min-​nies tal-​pajjiż u min-​nisa barranin.”+ 12  Għal dan, il-​kongregazzjoni kollha wieġbet u qalet b’leħen għoli: “Hu d-​dmir tagħna li nagħmlu eżatt skond kelmtek.+ 13  Madankollu, in-​nies huma ħafna u qegħdin fl-​istaġun tal-​ħalbiet tax-​xita, u m’huwiex possibbli li noqogħdu barra; u dan ix-​xogħol mhux se jieħu ġurnata jew tnejn, għax aħna rribellajna bil-​kbir f’din il-​kwistjoni. 14  Mela, jekk jogħġbok, ħa jirrappreżentaw il-​prinċpijiet+ tagħna lill-​kongregazzjoni kollha; u dawk kollha fil-​bliet tagħna li laqgħu għandhom nisa barranin, ħa jiġu fiż-​żmien stabbilit u magħhom jiġu wkoll ix-​xjuħ taʼ kull belt individwali u l-​imħallfin tagħha, sakemm inkunu dawwarna lura minn fuqna r-​rabja taħraq t’Alla tagħna, minħabba din il-​kwistjoni.” 15  (Madankollu, Ġonatan, bin Għasael, u Ġaħżeja, bin Tikwa, ma qablux+ maʼ dan, u Mesullam u Sabbetaj,+ il-​Leviti, kienu dawk li għenuhom.) 16  U dawk li qabel kienu eżiljati+ għamlu hekk; u Esdra l-​qassis u l-​irġiel li kienu l-​kapijiet tal-​missirijiet għall-​familja tagħhom min-​naħa tal-​missier,+ ilkoll imsemmijin b’isimhom, issa nfirdu u qagħdu bil-​qiegħda fl-​ewwel jum taʼ l-​għaxar xahar+ biex jistħarrġu l-​kwistjoni;+ 17  u bil-​mod il-​mod sa l-​ewwel jum taʼ l-​ewwel xahar temmew l-​istħarriġ dwar l-​irġiel kollha li kienu laqgħu għandhom lin-​nisa barranin.+ 18  U nstab li xi wħud minn ulied il-​qassisin+ kienu laqgħu għandhom nisa barranin; minn ulied Ġeswa,+ bin Ġeħosadak,+ u ħutu kien hemm Magħseja, Eligħeżer, Ġarib, u Gedalija. 19  Imma dawn wiegħdu, billi ħadu b’idejn xulxin, li jkeċċu lin-​nisa tagħhom, u li, peress li kienu ħatjin,+ kellu jkun hemm muntun+ mill-​merħla għall-​ħtija tagħhom. 20  U minn ulied Immer+ kien hemm Ħanani u Żebadija; 21  u minn ulied Ħarim+ kien hemm Magħseja, Elija, Semajja, Ġeħijel, u Użżija; 22  u minn ulied Pasħur+ kien hemm Eljogħenaj, Magħseja, Ismagħel, Netanel, Ġożabad, u Elegħasa. 23  U mil-​Leviti kien hemm Ġożabad, Simgħi, Kelaja (jiġifieri, Kelita), Petaħija, Ġuda, u Eligħeżer; 24  u mill-​għannejja, Eljasib; u mill-​għassiesa tal-​bibien, Sallum, Telem, u Uri. 25  U minn Israel, minn ulied Pargħos+ kien hemm Ramija, Iżżija, Malkija, Mijamin, Elegħażar, Malkija, u Benaja;  26  minn ulied Għelam+ kien hemm Mattanija, Żakkarija, Ġeħijel,+ Għabdi, Ġeremot, u Elija; 27  minn ulied Żattu+ kien hemm Eljogħenaj, Eljasib, Mattanija, Ġeremot, Żabad, u Għażiża; 28  u minn ulied Bebaj+ kien hemm Ġeħoħanan, Ħananija, Żabbaj, u Għatlaj; 29  u minn ulied Bani kien hemm Mesullam, Malluk, Għadaja, Ġasub, Sijal, u Ġeremot; 30  u minn ulied Paħat-mowab+ kien hemm Għadna, Kelal, Benaja, Magħseja, Mattanija, Besalel, Binnuwi, u Manasse; 31  u minn ulied Ħarim+ kien hemm Eligħeżer, Issijah, Malkija,+ Semajja, Simjon, 32  Benjamin, Malluk, u Semarija; 33  minn ulied Ħasum+ kien hemm Mattenaj, Mattatta, Żabad, Elifelet, Ġeremaj, Manasse, u Simgħi; 34  minn ulied Bani kien hemm Magħdaj, Għamram, Uwel, 35  Benaja, Bedija, Keluħi, 36  Wanija, Meremot, Eljasib, 37  Mattanija, Mattenaj, u Ġagħsu; 38  u minn ulied Binnuwi kien hemm Simgħi, 39  Selemija, Natan, Għadaja, 40  Maknadbaj, Sasaj, Saraj, 41  Għażarel, Selemija, Semarija, 42  Sallum, Amarija, u Ġużeppi; 43  minn ulied Nebo kien hemm Ġegħijel, Mattitija, Żabad, Żebina, Ġaddaj, Ġoel, u Benaja. 44  Dawn kollha kienu aċċettaw nisa barranin,+ imma lil dawn in-​nisa keċċewhom bit-​tfal b’kollox.

Noti taʼ taħt