Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Esdra 1:1-11

1  U fl-ewwel sena taʼ Ċiru,+ is-sultan tal-Persja, biex titwettaq il-kelma taʼ Ġeħova minn fomm Ġeremija,+ Ġeħova qanqal+ l-ispirtu taʼ Ċiru, is-sultan tal-Persja, u b’hekk dan ħareġ proklama+ biex tinstemaʼ mar-renju kollu tiegħu, u saħansitra saret bil-kitba,+ li tgħid:  “Hekk qal Ċiru,+ is-sultan tal-Persja, ‘Ġeħova, l-Alla tas-smewwiet,+ tani+ s-saltniet kollha taʼ l-art, u hu stess inkarigani biex nibnilu dar f’Ġerusalemm,+ li qiegħda f’Ġuda.  Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-dar taʼ l-Alla taʼ Israel—dan hu l-Alla l-veru.+  U kulmin fadal mill-postijiet kollha fejn qed joqgħod bħala barrani,+ ħa jgħinuh in-nies tal-post tiegħu billi jagħtuh fidda u deheb u provvisti u annimali domestiċi flimkien maʼ l-offerta volontarja+ għad-dar taʼ l-Alla l-veru, li kienet f’Ġerusalemm.’”  Imbagħad il-kapijiet+ taʼ missirijiet Ġuda u Benjamin u l-qassisin u l-Leviti, kulmin l-ispirtu+ tiegħu tqanqal mill-Alla l-veru, qamu biex jitilgħu u jibnu mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova,+ li kienet f’Ġerusalemm.  U dawk kollha li kienu madwarhom appoġġawhom+ billi tawhom għodod tal-fidda, deheb, provvisti, annimali domestiċi, u affarijiet mill-aqwa, minbarra dak kollu li offrew minn rajhom.+  Ukoll, is-Sultan Ċiru ġab l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova,+ li Nebukadnessar kien ħareġ minn Ġerusalemm+ u kien poġġiehom fid-dar taʼ l-alla tiegħu.+  U Ċiru, is-sultan tal-Persja, ħariġhom fil-kontroll taʼ Mitredat, it-teżorier, u għaddhom lil Sesbassar,*+ il-kap tat-tribù taʼ Ġuda.+  Issa dan hu l-għadd tagħhom: tletin qoffa tad-deheb, elf qoffa tal-fidda, disgħa u għoxrin reċipjent ieħor, 10  tletin skutella+ żgħira tad-deheb, erbaʼ mija u għaxar skutelli żgħar tal-fidda taʼ tip differenti, u elf għodda oħra. 11  L-għodod kollha tad-deheb u l-fidda kienu ħamest elef u erbaʼ mija. Sesbassar+ ħa dan kollu miegħu meta ħareġ lill-poplu eżiljat+ minn Babilonja u tellgħu Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt

“Żerubbabel” f’Esd 2:2; 3:8.