Efesin 6:1-24

6  Tfal, obdu lill-​ġenituri tagħkom+ f’unjoni+ mal-​Mulej, għax dan hu sewwa:+  “Onora lil missierek u lil ommok”;+ li hu l-​ewwel kmand b’wegħda:+  “Biex jaħbatlek tajjeb u ddum żmien twil fuq l-​art.”+  U intom, missirijiet, iddejqux lil uliedkom,+ imma ibqgħu rabbuhom+ fid-​dixxiplina+ u l-​gwida mentali+ taʼ Ġeħova.  Intom l-​ilsiera, obdu lis-​sidien tagħkom tad-​demm u l-​laħam,+ bil-​biżaʼ u t-​tregħid+ u bis-​sinċerità taʼ qlubkom, bħallikieku lill-​Kristu,  mhux għal għajn in-​nies, biex togħġbu lill-​bnedmin,+ imma bħala lsiera taʼ Kristu, waqt li tagħmlu r-​rieda t’Alla b’ruħkom kollha.+  Kunu lsiera b’attitudni tajba, bħallikieku qed taqdu lil Ġeħova+ mhux lill-​bnedmin,  għax intom tafu li kull wieħed jirċievi lura mingħand Ġeħova t-​tajjeb li jkun għamel,+ sew jekk ikun ilsir u sew jekk ikun ħieles.+  U anki intom is-​sidien, ibqgħu agħmlu l-​istess magħhom, u ħallikom mit-​theddid,+ għax tafu li s-​Sid tagħhom u tagħkom+ qiegħed fis-​smewwiet, u ma juri ebda parzjalità.+ 10  Fl-aħħarnett, komplu iksbu l-​qawwa+ fil-​Mulej u fis-​setgħa+ tas-​saħħa tiegħu. 11  Ilbsu l-​armatura sħiħa+ mingħand Alla biex tkunu tistgħu żżommu sod kontra t-​tnassis+ tax-​Xitan; 12  għax aħna ma nissarawx+ kontra d-​demm u l-​laħam, imma kontra l-​gvernijiet,+ kontra l-​awtoritajiet,+ kontra l-​ħakkiema dinjin+ taʼ dan id-​dlam, kontra l-​forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar+ fil-​postijiet tas-​sema. 13  Minħabba dan, ħudu l-​armatura sħiħa mingħand Alla,+ sabiex tkunu tistgħu tirreżistu fil-​jum il-​ħażin u, wara li tkunu għamiltu kollox bis-​sħiħ, iżżommu sod.+ 14  Għalhekk, żommu sod, b’ġenbejkom imħażżmin+ bil-​verità,+ u lebsin il-​kurazza tas-​sewwa,+ 15  u b’saqajkom+ mixdudin bit-​tagħmir taʼ l-​aħbar tajba tal-​paċi.+ 16  Fuq kollox, aqbdu f’idejkom it-​tarka kbira tal-​fidi,+ li biha tkunu tistgħu titfu l-​vleġeġ tan-​nar kollha tal-​Ħażin.+ 17  Ukoll, aċċettaw l-​elmu+ tas-​salvazzjoni, u s-​sejf+ taʼ l-​ispirtu,+ jiġifieri, il-​kelma t’Alla,+ 18  waqt li b’kull xorta taʼ talb+ u suppliki* ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni bl-​ispirtu.+ U għal dan l-​għan, ibqgħu mqajmin il-​ħin kollu u itolbu bil-​ħerqa għall-​qaddisin kollha, 19  u għalija wkoll, biex kulmeta niftaħ fommi tingħatali l-​abbiltà li nitkellem+ bil-​libertà tal-​kelma+ biex ngħarraf is-​sigriet sagru taʼ l-​aħbar tajba,+ 20  li għaliha qed nagħmilha t’ambaxxatur+ fil-​ktajjen; biex nitkellem dwarha bil-​qlubija kif imissni nitkellem.+ 21  Issa, sabiex tkunu tafu wkoll dwari, rigward kif sejjer, Tikiku,+ ħu maħbub u ministru leali fil-​Mulej, se jgħarrafkom kollox.+ 22  Għalhekk qed nibagħthulkom, biex tkunu tafu dwarna u jfarrġilkom qlubkom.+ 23  Jalla l-​aħwa jkollhom il-​paċi u l-​imħabba bil-​fidi mingħand Alla l-​Missier u l-​Mulej Ġesù Kristu. 24  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tkun maʼ dawk kollha li jħobbu lill-​Mulej tagħna Ġesù Kristu bi mħabba li ma titħassarx.

Noti taʼ taħt

Jew, “talb bil-​ħerqa.”