Efesin 5:1-33

5  Għalhekk, imitaw lil Alla,+ bħala wlied maħbubin,  u ibqgħu mexjin bl-​imħabba,+ bħalma l-​Kristu wkoll ħabbkom+ u ta lilu nnifsu għalikom bħala offerta+ u sagrifiċċju b’riħa tfuħ lil Alla.+  Lanqas biss għandhom jissemmew fostkom+ iż-​żína+ u n-​nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-​regħba,+ bħalma jixraq lill-​qaddisin;+  lanqas imġiba taʼ mistħija,+ kliem iblah jew ċajt oxxen,+ affarijiet li m’humiex xierqa, imma minflok roddu ħajr.+  Għax intom tafuh dan u tirrealizzaw intom stess li ebda żieni+ jew bniedem mhux nadif jew rgħib+—li jfisser li jkun idolatra—m’għandu wirt fis-​saltna tal-​Kristu u t’Alla.+  Tħallu lil ħadd iqarraq bikom bi kliem vojt,+ għax minħabba dawn l-​affarijiet ġejja l-​korla t’Alla fuq ulied id-​diżubbidjenza.+  Għalhekk, tissiħbux magħhom;+  għax darba kontu dlam,+ imma issa sirtu dawl+ għax intom tal-​Mulej. Ibqgħu mexjin bħala wlied id-​dawl,  għax il-​frott tad-​dawl jikkonsisti minn kull xorta taʼ tjubija u ġustizzja u verità.+ 10  Ibqgħu aċċertaw ruħkom dwar x’inhu aċċettabbli+ għall-​Mulej; 11  u tibqgħux tieħdu sehem+ magħhom fl-​għemejjel bla frott li huma tad-​dlam,+ imma, minflok, esprimu d-​diżapprovazzjoni tagħkom+ lejhom, 12  għax dak li jagħmlu fil-​moħbi hu tal-​mistħija anki biex tirrakkontah.+ 13  Issa dak kollu li qed jinkixef+ qed jidher ċar bid-​dawl, għax kulma qed jidher ċar+ hu dawl. 14  Għaldaqstant jgħid: “Stenbaħ,+ int li rieqed, u qum mill-​imwiet,+ u l-​Kristu jiddi+ fuqek.” 15  Għalhekk, oqogħdu attenti bis-​sħiħ li ma timxux+ bħal nies bla għaqal imma bħal nies għorrief, 16  u użaw il-​ħin bl-​aħjar mod,*+ għax il-​jiem huma ħżiena.+ 17  Minħabba dan tibqgħux tkunu bla raġuni, imma ibqgħu ifhmu+ x’inhi r-​rieda+ taʼ Ġeħova. 18  Ukoll, tiskrux+ bl-​inbid, li fih hemm il-​ħajja bla rażan,+ imma ibqgħu mtlew bl-​ispirtu,+ 19  waqt li titkellmu bejnietkom b’salmi+ u tifħir+ lil Alla u għanjiet spiritwali, u tkantaw+ u takkumpanjaw lilkom infuskom bil-​mużika+ fi qlubkom lil Ġeħova, 20  u f’isem il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu troddu dejjem ħajr+ taʼ kollox lil Alla tagħna u Missierna. 21  Kunu sottomessi lejn xulxin+ fil-​biżaʼ taʼ Kristu. 22  In-nisa ħa jkunu sottomessi+ lejn żwieġhom bħallikieku lejn il-​Mulej, 23  għax ir-​raġel hu l-​kap taʼ martu+ bħalma l-​Kristu wkoll hu l-​kap tal-​kongregazzjoni,+ billi hu s-​salvatur taʼ dan il-​ġisem. 24  Fil-fatt, bħalma l-​kongregazzjoni hi sottomessa lejn il-​Kristu, hekk ukoll in-​nisa għandhom ikunu sottomessi lejn żwieġhom f’kollox.+ 25  Irġiel, komplu ħobbu lin-​nisa tagħkom,+ bħalma l-​Kristu wkoll ħabb lill-​kongregazzjoni u ta lilu nnifsu għaliha,+ 26  biex iqaddisha,+ u jaħsilha bil-​banju taʼ l-​ilma permezz tal-​kelma,+ 27  sabiex il-​kongregazzjoni jagħmilha tidher quddiemu fil-​ġmiel kollu tagħha,+ bla ebda tebgħa jew tikmix jew ħaġa oħra bħal dawn, imma sabiex tkun qaddisa u bla difett.+ 28  L-irġiel b’dan il-​mod għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess. Min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, 29  għax ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu,+ bħalma l-​Kristu jagħmel ukoll lill-​kongregazzjoni, 30  għax aħna membri taʼ ġismu.+ 31  “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu, u t-​tnejn isiru ġisem wieħed.”+ 32  Dan is-​sigriet sagru+ hu kbir. Issa jien qed nitkellem dwar Kristu u l-​kongregazzjoni.+ 33  Minkejja dan, bl-​istess mod, kull wieħed minnkom għandu jħobb lil martu+ bħalu nnifsu; mill-​banda l-​oħra, il-​mara għandu jkollha rispett profond+ lejn żewġha.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ixtru l-​ħin stabbilit.”