Efesin 4:1-32

4  Għalhekk jien, il-​priġunier+ fil-​Mulej, nitlobkom bil-​ħrara biex timxu kif jixraq+ lis-​sejħa li biha kontu msejħin,+  b’umiltà sħiħa+ u ħlewwa, b’sabar fit-​tul,+ waqt li tissaportu lil xulxin bl-​imħabba,+  u tagħmlu ħilitkom biex bil-​ħeġġa kollha tħarsu l-​unità taʼ l-​ispirtu fir-​rabta li tgħaqqad tal-​paċi.+  Hemm ġisem wieħed+ u spirtu wieħed,+ saħansitra bħalma hemm tama waħda+ li għaliha kontu msejħin;  Mulej wieħed,+ fidi waħda,+ magħmudija waħda;+  Alla wieħed+ u Missier kulħadd, li hu fuq kulħadd u b’kulħadd u f’kulħadd.  Issa kull wieħed minna ntwera qalb tajba mhix mistħoqqa+ skond il-​qjies taʼ l-​għotja b’xejn li tah il-​Kristu.+  Għaldaqstant jgħid: “Meta telaʼ fl-​għoli ħa miegħu lill-​imjassrin; ta rġiel bħala għotjiet.”+  Issa xi tfisser l-​espressjoni “telaʼ”?+ Tfisser li niżel ukoll fir-​reġjuni t’isfel, jiġifieri, l-​art.+ 10  Dak li niżel hu wkoll l-​istess wieħed li telaʼ+ ħafna iżjed ’il fuq mis-​smewwiet kollha,+ sabiex jagħti milja+ lil kollox. 11  U ta xi wħud bħala appostli,+ xi wħud bħala profeti,+ xi wħud bħala evanġelizzaturi,+ xi wħud bħala rgħajja u għalliema,+ 12  bil-ħsieb li jerġgħu jiġu aġġustati+ l-​qaddisin, għal xogħol ministerjali, biex jinbena l-​ġisem tal-​Kristu,+ 13  sakemm ilkoll naslu għall-​unità fil-​fidi u fl-​għarfien eżatt dwar l-​Iben t’Alla, għal-​livell taʼ raġel li kiber għalkollox,+ għall-​qjies taʼ statura li jiġi mill-​milja tal-​Kristu;+ 14  sabiex ma nibqgħux iktar tfal ċkejknin, mitfugħin ’l hemm u ’l hawn+ qisu mill-​mewġ u mtajrin minn kull riħ taʼ tagħlim+ bl-​ingann+ tan-​nies li bil-​makakkerija jinsġu l-​qerq. 15  Imma billi ngħidu l-​verità,+ ħa nikbru bl-​imħabba+ f’kollox fi Kristu, li hu l-​kap.+ 16  Minnu l-​ġisem kollu,+ li hu magħqud flimkien b’mod armonjuż u magħmul biex jikkoopera permezz taʼ kull ġog li jagħti dak li hu meħtieġ, skond ix-​xogħol taʼ kull membru rispettiv bi qjies xieraq, jaħdem għat-​tkabbir tal-​ġisem biex jibni lilu nnifsu fl-​imħabba.+ 17  Għalhekk, dan ngħid u nixhed dwaru fil-​Mulej, li ma tibqgħux timxu iktar kif jimxu l-​ġnus+ fil-​frugħa taʼ moħħhom,+ 18  li qegħdin fi dlam mentali+ u mbegħdin+ mill-​ħajja li ġejja minn Alla, minħabba l-​injoranza+ li tinsab fihom u minħabba l-​ebusija+ taʼ qlubhom. 19  Billi tilfu kull sens morali,+ ngħataw għall-​kondotta laxka+ biex b’regħba+ jagħmlu kull xorta taʼ nuqqas taʼ ndafa.+ 20  Imma intom mhux hekk tgħallimtu li hu l-​Kristu,+ 21  jekk tassew smajtuh u ġejtu mgħallmin minnu,+ skond il-​verità+ li hi f’Ġesù, 22  jiġifieri, li għandkom tinżgħu l-​personalità l-​qadima+ li taqbel maʼ kif kontu ġġibu ruħkom qabel u li qed titħassar+ bix-​xewqat qarriqin tagħha;+ 23  u tiġġeddu fil-​forza li qed tqanqal lil moħħkom,+ 24  u tilbsu+ l-​personalità l-​ġdida+ li nħolqot+ skond ir-​rieda t’Alla fil-​ġustizzja+ u l-​lealtà vera. 25  Għaldaqstant, issa li warrabtu l-​gideb,+ għidu l-​verità, kull wieħed minnkom lill-​proxxmu tiegħu,+ għax aħna membri taʼ xulxin.+ 26  Jekk tinkorlaw, tidinbux;+ tħallux ix-​xemx tinżel waqt li tkunu għadkom inkorlati,+ 27  u tagħtux wisaʼ lix-​Xitan.+ 28  Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar,+ imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb,+ biex ikollu xi ħaġa x’jagħti lil min hu fil-​bżonn.+ 29  Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra,+ imma għidu dak li hu tajjeb biex jibni fejn ikun hemm bżonn, sabiex jagħmel il-​ġid lil min jisimgħu.+ 30  Ukoll, tnikktux l-​ispirtu qaddis t’Alla,+ li bis-​siġill tiegħu ġejtu mmarkati+ għal jum il-​ħelsien bil-​fidwa.+ 31  Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż+ u rabja u korla u twerżiq u tgħajjir+ flimkien maʼ kull ħażen.+ 32  Imma kunu qalbkom tajba+ maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza,+ u aħfru lil xulxin mill-​qalb bħalma Alla wkoll ħafrilkom mill-​qalb bi Kristu.+

Noti taʼ taħt