Efesin 3:1-21

3  Minħabba dan jien, Pawlu, il-​priġunier+ taʼ Kristu Ġesù għan-​nom tagħkom, in-​nies tal-​ġnus+  jekk tassew smajtu dwar il-​prokura+ tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li ngħatatli għall-​benefiċċju tagħkom,  li permezz taʼ rivelazzjoni ġejt mgħarraf is-​sigriet sagru,+ bħalma ktibt qabel fil-​qosor.  Minħabba f’hekk, meta taqraw dan, tistgħu tirrealizzaw kemm naf+ dwar is-​sigriet sagru+ tal-​Kristu.  F’ġenerazzjonijiet oħrajn dan is-​sigriet+ ma ġiex mgħarraf lil ulied il-​bnedmin bħalma issa ġie rivelat+ lill-​appostli mqaddsa u lill-​profeti tiegħu+ bl-​ispirtu,  jiġifieri, li n-​nies tal-​ġnus għandhom ikunu werrieta bi sħab u membri mseħbin taʼ l-​istess ġisem+ u jieħdu sehem magħna fil-​wegħda+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù permezz taʼ l-​aħbar tajba.  Jien sirt ministru+ taʼ dan skond l-​għotja b’xejn tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li ngħatatli skond kif taħdem il-​qawwa tiegħu.+  Lili, bniedem inqas mill-​inqas wieħed+ fost il-​qaddisin kollha, intwerietli din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa:+ li nxandar lill-​ġnus+ l-​aħbar tajba dwar ir-​rikkezzi bla tarf+ tal-​Kristu  u nġiegħel lill-​bnedmin jaraw kif inhu amministrat+ is-​sigriet sagru+ li minn żmien twil ilu kien moħbi f’Alla, li ħalaq kollox.+ 10  Dan sar bl-​għan li issa l-​gvernijiet u l-​awtoritajiet+ fil-​postijiet tas-​sema jkunu jafu, permezz tal-​kongregazzjoni,+ l-​għerf t’Alla li jintwera b’ħafna modi differenti,+ 11  skond l-​iskop etern li hu stabbilixxa rigward il-​Kristu,+ Ġesù l-​Mulej tagħna, 12  li bih għandna din il-​libertà tal-​kelma u nistgħu nersqu+ bil-​fiduċja permezz tal-​fidi tagħna fih. 13  Għaldaqstant nitlobkom biex ma taqtgħux qalbkom minħabba dawn it-​tribulazzjonijiet tiegħi+ għan-​nom tagħkom, għax dawn ifissru glorja għalikom. 14  Minħabba dan ninżel għarkopptejja+ quddiem il-​Missier,+ 15  li lilu taf isimha+ kull familja+ fis-​sema u fuq l-​art, 16  biex, skond ir-​rikkezzi+ tal-​glorja tiegħu, jagħtikom li tintgħamlu setgħanin bil-​qawwa permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu+ fil-​bniedem li intom minn ġewwa,+ 17  biex ikollkom lill-​Kristu jgħammar fi qlubkom bl-​imħabba permezz tal-​fidi tagħkom;+ sabiex tagħmlu l-​għeruq+ u tkunu stabbiliti fuq il-​pedament,+ 18  sabiex tkunu tistgħu tifhmu bis-​sħiħ+ mal-​qaddisin kollha l-​wisaʼ u t-​tul u l-​għoli u l-​fond,+ 19  u tkunu tafu l-​imħabba tal-​Kristu+ li tisboq l-​għarfien, sabiex timtlew bil-​milja+ kollha li jagħti Alla. 20  Issa lil dak li, skond il-​qawwa tiegħu li qed taħdem+ fina, jistaʼ jagħmel bil-​wisq iżjed minn dak kollu li nitolbu jew naħsbu,+ 21  lilu tkun il-​glorja permezz tal-​kongregazzjoni u permezztaʼKristu Ġesù għall-​ġenerazzjonijiet kollha għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.

Noti taʼ taħt