Efesin 2:1-22

2  Iktar minn hekk, Alla lilkom takom il-​ħajja għalkemm kontu mejtin minħabba n-​nuqqasijiet u d-​dnubiet tagħkom,+  li fihom darba kontu timxu skond is-​sistema+ taʼ din id-​dinja, skond il-​ħakkiem+ taʼ l-​awtorità taʼ l-​arja, l-​ispirtu+ li issa qed jaħdem f’ulied id-​diżubbidjenza.+  Iva, fost dawn aħna lkoll darba konna nġibu ruħna fi qbil max-​xewqat taʼ laħamna,+ nagħmlu dak li jridu l-​laħam+ u l-​ħsibijiet, u naturalment konna wlied il-​korla+ saħansitra bħall-​oħrajn.  Imma Alla, li hu għani fil-​ħniena,+ għall-​imħabba kbira tiegħu li biha ħabbna,+  tana l-​ħajja flimkien mal-​Kristu, saħansitra meta konna mejtin fin-​nuqqasijiet+—bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa kontu salvati+  u qajjimna+ flimkien u poġġiena bil-​qiegħda flimkien fil-​postijiet tas-​sema+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù,  sabiex fis-​sistemi li ġejjin+ jintwerew ir-​rikkezzi bla qjies+ tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu bil-​ħlewwa li jurina f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù.  Tabilħaqq, b’din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa ġejtu salvati permezz tal-​fidi;+ u dan mhux bis-​saħħa tagħkom,+ imma hi l-​għotja t’Alla.+  Le, m’huwiex bis-​saħħa taʼ l-​għemejjel,+ sabiex l-​ebda bniedem ma jkollu għalfejn jiftaħar.+ 10  Għax aħna xogħol idejh+ u konna maħluqin+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù għall-​għemejjel tajbin+ li Alla ħejjielna minn qabel+ biex nimxu fihom. 11  Għalhekk, ibqgħu żommu f’moħħkom li qabel intom kontu nies tal-​ġnus skond il-​laħam;+ kontu tissejħu “bla ċirkonċiżjoni” minn dik li tissejjaħ “ċirkonċiżjoni” magħmula fil-​laħam bl-​idejn,+ 12  u li f’dak iż-​żmien partikulari kontu mingħajr Kristu,+ imbegħdin+ mill-​ġens taʼ Israel u barranin għall-​pattijiet tal-​wegħda,+ u ma kellkomx tama+ u kontu mingħajr Alla fid-​dinja.+ 13  Imma issa, f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, intom li darba kontu ’l bogħod ġejtu fil-​qrib bid-​demm+ tal-​Kristu. 14  Għax hu l-​paċi tagħna,+ hu li għamel iż-​żewġ partijiet+ ħaġa waħda+ u qered il-​ħajt*+ taʼ bejniethom li kien jisseparahom.+ 15  Permezz taʼ laħmu+ neħħa għalkollox l-​għadwa,+ il-​Liġi tal-​kmandamenti li tikkonsisti f’digrieti,+ sabiex miż-​żewġ popli+ joħloq, f’unjoni miegħu nnifsu, bniedem+ wieħed ġdid u jġib il-​paċi; 16  u sabiex jerġaʼ jħabbeb bis-​sħiħ+ m’Alla liż-​żewġ popli f’ġisem wieħed+ permezz taz-​zokk tat-​tortura,+ għax temm l-​għadwa+ permezz tiegħu nnifsu. 17  U ġie jxandrilkom l-​aħbar tajba taʼ paċi,+ lilkom li qegħdin ’il bogħod, u paċi lil dawk li qegħdin fil-​qrib,+ 18  għax permezz tiegħu aħna, iż-​żewġ popli,+ nistgħu nersqu+ lejn il-​Missier bi spirtu wieħed.+ 19  Għalhekk, żgur li m’intomx iktar stranġieri+ u residenti barranin,+ imma ċittadini+ mseħbin mal-​qaddisin+ u membri tad-​dar+ t’Alla, 20  u nbnejtu fuq il-​pedament+ taʼ l-​appostli+ u l-​profeti,+ waqt li Kristu Ġesù nnifsu hu l-​ġebla tax-​xewka tal-​pedament.+ 21  F’unjoni miegħu l-​bini kollu, magħqud flimkien b’mod armonjuż,+ qed jikber f’tempju qaddis għal Ġeħova.+ 22  F’unjoni miegħu+ intom ukoll qed tinbnew flimkien f’post fejn Alla jgħix bl-​ispirtu.+

Noti taʼ taħt

Allużjoni għall-​ħajt li kien hemm fit-​tempju biex iżomm lura lill-​Ġentili milli jidħlu fil-​btieħi li kienu miftuħin biss għal-​Lhud.