Efesin 1:1-23

1  Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bir-​rieda t’Alla,+ lill-​qaddisin li hemm f’Efesu u wħud leali+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù:  Qalb tajba mhix mistħoqqa+ u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.  Ikun imbierek Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ għax berikna+ b’kull barka spiritwali, f’unjoni maʼ Kristu, fil-​postijiet+ tas-​sema,  bħalma għażilna+ f’unjoni miegħu qabel it-​tisjis+ tad-​dinja, biex inkunu qaddisin u bla difett+ quddiemu fl-​imħabba.+  Hu ddetermina minn qabel+ li jadottana+ bħala wliedu+ permezz taʼ Ġesù Kristu, skond kif għoġobha r-​rieda tiegħu,+  b’tifħir+ għall-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ u glorjuża tiegħu li wriena b’qalb tajba permezz taʼ Ibnu l-​maħbub.+  Bih għandna l-​ħelsien bil-​fidwa permezz taʼ demmu,+ iva, il-​maħfra+ tan-​nuqqasijiet tagħna, skond ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+  Hu ġiegħel li din toktor fina flimkien maʼ kull għerf+ u għaqal,  billi għarrfilna s-​sigriet sagru+ tar-​rieda tiegħu. Dan hu skond l-​iskop li għoġbu jfassal fih innifsu+ 10  għal amministrazzjoni+ fil-​milja taż-​żminijiet stabbiliti,+ jiġifieri, li jerġaʼ jiġbor+ kollox flimkien fil-​Kristu,+ kulma hemm fis-​smewwiet+ u kulma hemm fuq l-​art.+ Iva, fih, 11  u f’unjoni miegħu konna maħturin ukoll bħala werrieta,+ billi ġejna determinati minn qabel skond l-​iskop taʼ dak li jmexxi kollox kif tiddeċiedi r-​rieda tiegħu,+ 12  sabiex aħna, li konna l-​ewwel li ttamajna fil-​Kristu,+ naqdu għat-​tifħir tal-​glorja tiegħu.+ 13  Intom ukoll ittamajtu fih wara li smajtu l-​kelma tal-​verità,+ l-​aħbar tajba dwar is-​salvazzjoni tagħkom.+ U permezz tiegħu wkoll, wara li emmintu, ġejtu mmarkati bis-​siġill+ taʼ l-​ispirtu qaddis imwiegħed,+ 14  li hu garanzija+ bil-​quddiem tal-​wirt tagħna,+ bl-​iskop li jinħeles b’fidwa+ l-​poplu li hu proprjetà t’Alla,+ għat-​tifħir glorjuż tiegħu. 15  Huwa għalhekk li jien ukoll, mindu smajt bil-​fidi li għandkom fil-​Mulej Ġesù u kif turuha lejn il-​qaddisin kollha,+ 16  ma niqafx irrodd ħajr għalikom. Inkompli nsemmikom fit-​talb tiegħi,+ 17  biex l-​Alla tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, Missier il-​glorja, jagħtikom spirtu t’għerf+ u taʼ rivelazzjoni fl-​għarfien eżatt dwaru;+ 18  l-għajnejn+ taʼ qalbkom ġew imdawlin+ sabiex tkunu tafu x’inhi t-​tama+ li sejħilkom għaliha, x’inhuma r-​rikkezzi glorjużi+ li hu għandu bħala wirt għall-​qaddisin,+ 19  u x’inhu l-​kobor bla qjies tal-​qawwa tiegħu+ lejna li nemmnu. Dan hu skond il-​ħidma+ tas-​setgħa tas-​saħħa tiegħu, 20  li uża meta qajjem lill-​Kristu mill-​imwiet+ u qiegħdu bil-​qiegħda fil-​leminija tiegħu+ fil-​postijiet tas-​sema,+ 21  ħafna iżjed ’il fuq minn kull gvern u awtorità u qawwa u ħakma+ u kull isem li jissemma,+ mhux biss f’din is-​sistema,+ imma wkoll f’dik li ġejja.+ 22  Hu ssuġġetta wkoll kollox taħt saqajh,+ u għamlu kap fuq kollox+ għall-​kongregazzjoni, 23  li hi l-​ġisem tiegħu,+ il-​milja+ taʼ dak li jimla kollox f’kulħadd.+

Noti taʼ taħt