Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ebrej 9:1-28

9  Issa l-patt taʼ qabel kellu r-regolamenti tas-servizz sagru+ u l-post qaddis tiegħu fuq l-art.+  Għax inbniet l-ewwel taqsima tat-tinda+ fejn kien hemm il-gandlier+ u wkoll il-mejda+ u l-ħobż preżentat fuqha;+ u din tissejjaħ “il-Post Qaddis.”+  Imma wara t-tieni purtiera+ kien hemm it-taqsima tat-tinda msejħa “l-Iktar Qaddis.”+  Hemmhekk kien hemm inċensier tad-deheb+ u l-arka tal-patt+ miksija kollha kemm hi bid-deheb.+ F’din kien hemm il-bieqja tad-deheb bil-manna+ u l-bastun t’Aron li warrad+ u t-twavel+ tal-patt;  fuqha kien hemm il-kerubini glorjużi+ jgħattu bid-dell tagħhom l-għatu propizjatorju.*+ Imma issa mhux il-waqt li nitkellmu bid-dettall dwar dawn l-affarijiet.  Wara li dawn l-affarijiet inbnew b’dan il-mod, il-qassisin bdew jidħlu fl-ewwel taqsima tat-tinda+ f’kull żmien biex iwettqu s-servizzi sagri;+  imma fit-tieni taqsima jidħol il-qassis il-kbir waħdu darba fis-sena,+ u ma jidħolx mingħajr demm,+ li joffrih għalih innifsu+ u għad-dnubiet mhux apposta tal-poplu.+  B’hekk, l-ispirtu qaddis jagħmilha ċara li t-triq+ għal ġol-post qaddis kienet għadha ma ntwerietx waqt li kienet wieqfa l-ewwel tinda.+  Din it-tinda hi tixbiha+ għaż-żmien stabbilit li hawn issa,+ u fi qbil magħha jiġu offruti l-għotjiet u s-sagrifiċċji.+ Madankollu, dawn ma jistgħux jagħtu kuxjenza nadifa+ b’mod perfett+ lil min jagħti servizz sagru, 10  imma għandhom x’jaqsmu biss maʼ ikel+ u xorb+ u tgħaddis fl-ilma taʼ diversi affarijiet.+ Kienu ħtiġijiet legali relatati mal-ġisem tal-laħam+ li kienu imposti saż-żmien stabbilit biex jiġu rranġati l-affarijiet.+ 11  Iżda meta Kristu ġie bħala qassis il-kbir+ taʼ l-affarijiet tajbin li seħħew, u għadda mit-tinda li hi akbar u iktar perfetta u mhux magħmula bl-idejn, jiġifieri, mhux taʼ dan il-ħolqien,+ 12  daħal darba għal dejjem fil-post qaddis, le, mhux bid-demm+ tal-mogħoż u tal-barrin żgħar, imma b’demmu stess,+ u kisbilna ħelsien taʼ dejjem.+ 13  Għax jekk id-demm tal-mogħoż+ u tal-barrin+ u l-irmied+ t’għoġla mraxxax fuq dawk li ġew imniġġsin+ iqaddes sal-punt li jnaddaf il-laħam,+ 14  kemm iktar id-demm+ tal-Kristu, li bl-ispirtu taʼ dejjem offra lilu nnifsu+ bla difett lil Alla, inaddaf+ il-kuxjenzi tagħna mill-għemejjel mejtin+ sabiex nagħtu servizz sagru+ lill-Alla l-ħaj? 15  Mela għal din ir-raġuni hu medjatur+ taʼ patt ġdid, sabiex, peress li seħħet mewt biex teħlishom b’fidwa+ min-nuqqasijiet li saru taħt il-patt taʼ qabel,+ l-imsejħin jirċievu l-wegħda tal-wirt taʼ dejjem.+ 16  Għax fejn hemm patt,+ jeħtieġ isseħħ il-mewt tal-bniedem li jagħmlu. 17  Għax patt hu validu wara xi mewt, ladarba ma jibdiex iseħħ waqt li l-bniedem li jagħmlu jkun għadu ħaj. 18  Għaldaqstant, lanqas il-patt taʼ qabel+ ma kien inawgurat mingħajr demm.+ 19  Għax wara li lissen kull kmandament skond il-Liġi lill-poplu kollu,+ Mosè ħa d-demm tal-barrin żgħar u tal-mogħoż flimkien maʼ l-ilma, is-suf lewn l-iskarlat, u l-friegħi taż-żuf+ u raxx il-ktieb stess u l-poplu kollu, 20  u qal: “Dan hu d-demm tal-patt li Alla stabbilixxa bħala ordni għalikom.”+ 21  U bl-istess mod raxx bid-demm+ it-tinda+ u r-reċipjenti kollha tas-servizz pubbliku. 22  Iva, kważi kollox jitnaddaf bid-demm+ skond il-Liġi, u jekk ma jixxerridx+ demm ma sseħħ ebda maħfra.+ 23  Għalhekk, kien neċessarju li r-rappreżentazzjonijiet tipiċi+ taʼ l-affarijiet fis-smewwiet jitnaddfu b’dan il-mod,+ imma l-affarijiet tas-sema jitnaddfu b’sagrifiċċji li huma aħjar minn sagrifiċċji bħal dawn. 24  Għax Kristu ma daħalx f’post qaddis magħmul bl-idejn,+ li hu l-kopja tar-realtà,+ imma fis-sema stess,+ biex issa jidher għalina quddiem il-persuna t’Alla.+ 25  U lanqas daħal biex joffri lilu nnifsu spiss, bħalma tabilħaqq il-qassis il-kbir jidħol fil-post qaddis+ minn sena għall-oħra+ b’demm li mhux tiegħu stess. 26  Inkella kien ikollu jsofri spiss sa mit-tisjis+ tad-dinja. Imma issa deher+ darba+ għal dejjem fil-konklużjoni tas-sistemi+ biex ineħħi d-dnub bis-sagrifiċċju tiegħu stess.+ 27  U bħalma hu merfugħ li l-bnedmin+ imutu darba biss, imma wara dan isir ġudizzju,+ 28  hekk ukoll il-Kristu kien offrut darba+ għal dejjem biex iġorr id-dnubiet taʼ ħafna;+ u t-tieni darba+ li jidher+ ma jkunx biex ineħħi d-dnub+ imma għal dawk li qed ifittxuh bil-ħerqa għas-salvazzjoni tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Ara l-1Kr 28:11, in-nota taʼ taħt.