Ebrej 7:1-28

7  Għax dan Melkisedek, sultan taʼ Salem, qassis taʼ l-​Alla l-​Iktar Għoli,+ li ltaqaʼ m’Abraham meta dan kien ġej lura wara li qatel is-​slaten u bierku+  u li lilu Abraham tah wieħed minn kull għaxra minn kollox,+ l-​ewwelnett hu “Sultan tal-​Ġustizzja” (skond it-​traduzzjoni taʼ ismu), u mbagħad hu wkoll sultan taʼ Salem,+ jiġifieri, “Sultan tas-​Sliem.”  Peress li hu bla missier, bla omm, mingħajr ġenealoġija, u la għandu bidu tal-​jiem+ u lanqas tmiem tal-​ħajja, imma ntgħamel bħall-​Iben t’Alla,+ hu jibqaʼ qassis għal dejjem.+  Għalhekk, araw kemm kien kbir dan ir-​raġel li lilu Abraham, il-​kap tal-​familja, tah wieħed minn kull għaxra mill-​aqwa tal-​priża.+  Veru, l-​irġiel minn ulied Levi+ li jirċievu l-​kariga tagħhom taʼ qassisin għandhom kmandament biex, skond il-​Liġi, jiġbru l-​għexur+ mingħand il-​poplu,+ jiġifieri, mingħand ħuthom, anki jekk dawn ukoll kienu mnisslin minn Abraham;+  imma r-​raġel li ma kienx fil-​ġenealoġija tagħhom+ ħa l-​għexur mingħand Abraham+ u bierek lil dak li kellu l-​wegħdi.+  Issa ħadd ma jistaʼ jiċħad li ż-​żgħir jitbierek mill-​kbir.+  F’każ minnhom huma bnedmin li jmutu li jirċievu l-​għexur,+ imma fil-​każ l-​ieħor hu xi ħadd li dwaru tingħata xiehda li hu ħaj.+  U, jekk nistaʼ nuża l-​espressjoni, permezz t’Abraham anki Levi li jirċievi l-​għexur ħallas l-​għexur, 10  għax kien għadu ma tnissilx+ minn missieru meta Melkisedek iltaqaʼ miegħu.+ 11  Allura, jekk il-​perfezzjoni+ tassew kienet tiġi permezz tas-​saċerdozju Levitiku,+ (għax dan kien parti prominenti mil-​Liġi li ngħatat lill-​poplu,)+ għala kien hemm bżonn+ li jqum qassis ieħor bl-​istess mod taʼ Melkisedek+ u ma ntqalx li hu bl-​istess mod t’Aron? 12  Għax ladarba qed jitbiddel is-​saċerdozju,+ għandha titbiddel ukoll il-​liġi.+ 13  Għax il-​bniedem li dwaru jintqal dan kien membru taʼ tribù ieħor,+ li minnu ħadd ma qeda uffiċjalment fuq l-​artal.+ 14  Għax jidher ċar li l-​Mulej tagħna ħareġ minn Ġuda,+ tribù li fuqu Mosè ma qal xejn dwar qassisin. 15  U jerġaʼ jidher ferm iktar ċar li bħal Melkisedek+ kellu jqum qassis ieħor,+ 16  li ma sarx qassis skond il-​liġi taʼ kmandament li jiddependi mil-​laħam,+ imma skond il-​qawwa taʼ ħajja li ma tinqeridx,+ 17  għax bħala xiehda jingħad: “Int qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.”+ 18  Għalhekk, ċertament, qed jitwarrab il-​kmandament taʼ qabel għax kien dgħajjef+ u bla effett.+ 19  Għax il-​Liġi m’għamlet xejn perfett,+ imma l-​introduzzjoni taʼ tama aħjar+ għamlet, u permezz taʼ din it-​tama qed nersqu qrib lejn Alla.+ 20  Ukoll, bħalma dan ma seħħx mingħajr ġurament, 21  (għax tassew hemm bnedmin li saru qassisin mingħajr ġurament, imma hemm wieħed li sar qassis bil-​ġurament taʼ Dak li dwaru qal: “Ġeħova ħalef+ (u ma jiddispjaċihx), ‘Int qassis għal dejjem,’”)+ 22  hekk ukoll Ġesù sar dak li ngħata bħala garanzija taʼ patt aħjar.+ 23  Iktar minn hekk, ħafna kellhom isiru qassisin, wieħed wara l-​ieħor,+ minħabba li l-​mewt+ ma ħallithomx ikomplu jaqdu bħala qassisin, 24  imma, peress li jibqaʼ jgħix għal dejjem,+ hu għandu saċerdozju mingħajr suċċessuri. 25  Għaldaqstant jistaʼ wkoll isalva għalkollox lil dawk li qed jersqu lejn Alla permezz tiegħu, għax hu dejjem ħaj biex jitlob bil-​ħniena għalihom.+ 26  Għax qassis il-​kbir bħal dan kien xieraq għalina,+ leali,+ bla malizzja,+ bla tinġis,+ mifrud mill-​midinbin,+ u ogħla mis-​smewwiet.+ 27  Hu m’għandux bżonn li, bħal dawk il-​qassisin il-​kbar, joffri sagrifiċċji kuljum,+ l-​ewwel għal dnubietu stess+ u mbagħad għal dawk tal-​poplu:+ (għax dan għamlu darba+ għal dejjem meta offra+ lilu nnifsu;) 28  għax il-​Liġi taħtar bħala qassisin il-​kbar+ bnedmin li għandhom id-​dgħjufija,+ imma l-​kelma tal-​ġurament,+ li ġiet wara l-​Liġi, taħtar Iben li ntgħamel perfett+ għal dejjem.

Noti taʼ taħt